LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 3/1 pp. 19-21
  • Kif Nuru l-Imħabba Tagħna Għal Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nuru l-Imħabba Tagħna Għal Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Immedita b’Apprezzament
  • Inħobbu lil Jehovah b’Qalbna Kollha
  • Inħobbu lil Jehovah b’Ruħna Kollha
  • Inħobbu lil Jehovah b’Moħħna Kollu
  • Inħobbu lil Jehovah bil-​Qawwa Tagħna Kollha
  • Ħobb lill-Alla li Jħobbok
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Issaħħaħ Permezz taʼ l-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Kif nistgħu nuru li nħobbu lil Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 3/1 pp. 19-21

Kif Nuru l-​Imħabba Tagħna Għal Alla

L-​IMĦABBA li nikkultivaw għal Alla ma tiġix sempliċement billi nitgħallmu dwaru. Bħalma jistgħu jixhdu l-​qaddejja t’Alla madwar id-​dinja, imħabba vera għal Alla tikber hekk kif dak li jkun isir jaf il-​personalità tiegħu, u din l-​imħabba tissaħħaħ iktar meta wieħed isir jaf xi jħobb, x’jobgħod, x’jippreferi, u x’jirrikjedi.

Bi mħabba, Jehovah irrivelalna lilu nnifsu fil-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. Minnha, nitgħallmu kif Jehovah irreaġixxa f’sitwazzjonijiet differenti. Sewwasew bħalma ittra mingħand xi ħadd maħbub tferraħna, il-​Bibbja ġġibilna ħafna ferħ meta naraw aspetti ġodda tal-​personalità taʼ Jehovah.

Madankollu, bħalma ninnotaw kultant fil-​ministeru pubbliku tagħna, li wieħed jitgħallem dwar Alla mhux dejjem iġagħlu jħobbu. Ġesù qal lil xi Lhud li wrew nuqqas t’apprezzament fi żmienu: “Intom tistudjaw l-​Iskrittura, għax taħsbu li fiha hemm il-​ħajja taʼ dejjem; . . . imma jiena lilkom nafkom, naf li l-​imħabba taʼ Alla ma tinsabx fikom.” (Ġwanni 5:39, 42) Xi wħud iqattgħu snin sħaħ jitgħallmu dwar l-​għemejjel kollha mħabba taʼ Jehovah, u madankollu għandhom ftit imħabba għalih. Għala? Huma jonqsu li jirriflettu fuq l-​affarijiet konnessi maʼ dak li qed jitgħallmu. B’kuntrast, miljuni taʼ nies sinċieri li nistudjaw il-​Bibbja magħhom jesperjenzaw li l-​imħabba tagħhom għal Alla tkompli tikber. Għala? Għax, bħalma għamilna aħna stess, huma jsegwu l-​eżempju t’Asaf. B’liema mod?

Immedita b’Apprezzament

Asaf kien determinat li jikkultiva mħabba għal Jehovah f’qalbu. Hu kiteb: “Nitħaddet f’qalbi . . . niftakar f’għemilek, Mulej; naħseb fl-​għeġubijiet li għamilt fl-​imgħoddi. Naħseb f’kull ma int għamilt; nixtarr l-​għemejjel kbar tiegħek.” (Salm 77:7, 12, 13, [77:6, 11, 12, NW]) L-​imħabba għal Alla se tikber fil-​qalb taʼ dak li jaħseb, jew jimmedita, fuq it-​triqat taʼ Jehovah bħalma għamel is-​salmista.

Flimkien maʼ dan, jekk niftakru f’esperjenzi li gawdejna waqt li naqdu lil Jehovah se nsaħħu r-​relazzjoni tagħna miegħu. L-​appostlu Pawlu qal li aħna “ħaddiema maʼ Alla,” u l-​ħbiberija li tistaʼ tikber bejn uħud imseħbin fix-​xogħol hija speċjali ħafna. (1 Korintin 3:9) Jehovah japprezza meta nesprimu l-​imħabba tagħna għalih, u dan iferraħlu qalbu. (Proverbji 27:11) Imbagħad, meta nitolbu għall-​għajnuna taʼ Jehovah u hu jiggwidana biex ngħaddu minn xi diffikultà, aħna nkunu nafu li qiegħed magħna, u l-​imħabba tagħna għalih tikber.

Il-ħbiberija bejn żewġ persuni tiżviluppa waqt li jesprimu s-​sentimenti tagħhom lejn xulxin. B’mod simili, meta ngħidu lil Jehovah għala aħna devoti lejh, aħna nsaħħu l-​imħabba tagħna għalih. Se nsibu lilna nfusna nirriflettu fuq il-​kliem taʼ Ġesù: “Int għandek tħobb lill-​Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-​qawwa tiegħek kollha.” (Mark 12:30) X’nistgħu nagħmlu biex inkunu ċerti li se nkomplu nħobbu lil Jehovah b’qalbna kollha, b’ruħna kollha, b’moħħna kollu, u bil-​qawwa tagħna kollha?

Inħobbu lil Jehovah b’Qalbna Kollha

L-​Iskrittura tirreferi għall-​qalb figurattiva, li hija l-​bniedem taʼ ġewwa—ix-​xewqat, l-​attitudnijiet, u s-​sentimenti tagħna. Għalhekk, li nħobbu lil Jehovah b’qalbna kollha jfisser li, iktar minn kwalunkwe ħaġa oħra, aħna nixtiequ nogħġbu lil Alla. (Salm 86:11) Nuru li għandna din l-​imħabba billi nagħmlu l-​personalità tagħna aċċettabbli għalih. Aħna nistinkaw biex nimitaw lil Alla billi ma ‘naħmlux il-​ħażen u nżommu mat-​tajjeb.’—Rumani 12:9.

L-imħabba tagħna għal Alla teffettwa s-​sentimenti tagħna dwar kollox. Per eżempju, forsi nsibu l-​impjieg tagħna interessanti u nehdew ħafna fih, imma huwa dan fejn hemm qalbna? Le. Ladarba nħobbu lil Jehovah b’qalbna kollha, l-​ewwel u qabel kollox aħna ministri t’Alla. Bl-​istess mod, aħna nixtiequ nogħġbu l-​ġenituri tagħna, is-​sieħeb jew is-​sieħba, u l-​imgħallem tagħna, imma nuru li nħobbu lil Jehovah b’qalbna kollha billi fuq kollox infittxu li nogħġbu lilu. Wara kollox, hu jistħoqqlu l-​ewwel post f’qalbna.—Mattew 6:24; 10:37.

Inħobbu lil Jehovah b’Ruħna Kollha

Fl-​Iskrittura, il-​kelma “ruħ” bażikament tirreferi għall-​persuna kollha kemm hi flimkien mal-​ħajja li nippossiedu. Għalhekk, li nħobbu lil Jehovah b’ruħna kollha jfisser li nużaw ħajjitna biex infaħħruh u biex nuru l-​imħabba tagħna għalih.

M’għandniex xi ngħidu, jistaʼ jkollna interessi oħra fil-​ħajja, bħal li nitgħallmu nagħmlu xi xogħol, immexxu negozju, jew irrabbu familja. Imma fl-​istess ħin, aħna nuru li nħobbu lil Jehovah b’ruħna kollha billi nagħmlu l-​affarijiet kif irid hu u billi nżommu affarijiet oħra f’ħajjitna fil-​post li jixirqilhom, u b’hekk infittxu “l-​ewwel is-​Saltna u l-​ġustizzja taʼ Alla.” (Mattew 6:33) Qima b’ruħna kollha tfisser ukoll li nkunu żelużi. Aħna nuru lil Jehovah li nħobbuh billi nippridkaw il-​messaġġ tas-​Saltna biż-​żelu, nagħmlu kummenti li jibnu fil-​laqgħat, jew ngħinu lil ħutna Kristjani. Aħna nibqgħu nagħmlu “r-​rieda taʼ Alla [‘b’ruħna kollha,’ Saydon]” f’kollox.—Efesin 6:6.

Ġesù wera mħabba b’ruħu kollha għal Alla billi ċaħad lilu nnifsu. Hu poġġa r-​rieda t’Alla fl-​ewwel post u l-​bżonnijiet persunali tiegħu fit-​tieni. Ġesù stidinna biex insegwu l-​eżempju tiegħu. Hu qal: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfaʼ salibu, u jimxi warajja.” (Mattew 16:24, 25) Li niċħdu lilna nfusna jfisser li nagħmlu dedikazzjoni. Ifisser li tant inħobbu lil Alla li nagħtu lilna nfusna lilu, l-​istess bħalma Iżraeli fi żminijiet Bibliċi tant kemm kien iħobb lil sidu kien jagħti lilu nnifsu bħala qaddej permanenti. (Dewteronomju 15:16, 17) Jekk niddedikaw ħajjitna lil Jehovah nuru biċ-​ċar li aħna nħobbuh.

Inħobbu lil Jehovah b’Moħħna Kollu

Jekk inħobbu lil Jehovah b’moħħna kollu, dan ifisser li nagħmlu kull sforz neċessarju biex nifhmu l-​personalità, l-​iskopijiet, u dak li jirrikjedi Jehovah. (Ġwanni 17:3; Atti 17:11) Aħna nesprimu l-​imħabba tagħna għal Jehovah billi nużaw l-​abbiltajiet mentali tagħna biex ngħinu oħrajn isiru jħobbu lil Jehovah ukoll, u billi ntejbu l-​arti tat-​tagħlim tagħna. “Lestu moħħkom għall-​attività,” ħeġġeġ l-​appostlu Pietru. (1 Pietru 1:13, NW) Ukoll, nagħmlu sforz biex nuru interess f’oħrajn, speċjalment fil-​qaddejja t’Alla sħabna. Aħna nagħrfu ċ-​ċirkustanzi tagħhom u nosservaw meta huwa xieraq li nfaħħruhom jew meta jkun hemm bżonn li nfarrġuhom.

Aħna nuru lil Jehovah li nħobbuh b’moħħna kollu billi nkunu sottomessi lejh mentalment. Aħna nipprovaw naraw l-​affarijiet kif jarahom hu, nagħtu kasu meta nieħdu deċiżjonijiet, u nkunu fiduċjużi li l-​modi tiegħu huma l-​aħjar. (Proverbji 3:5, 6; Isaija 55:9; Filippin 2:3-7, NW) Imma waqt li nkomplu nuru l-​imħabba tagħna għal Alla, kif nistgħu nużaw il-​qawwa tagħna?

Inħobbu lil Jehovah bil-​Qawwa Tagħna Kollha

Ħafna żgħażagħ fil-​kongregazzjoni Kristjana jużaw il-​qawwa tagħhom biex ifaħħru lil Jehovah. (Proverbji 20:29; Koħèlet 12:1) Mod wieħed kif ħafna żgħażagħ Kristjani juru li jħobbu lil Jehovah bil-​qawwa kollha tagħhom hu billi jieħdu sehem fis-​servizz taʼ pijunier, il-​ministeru full-time. Ħafna ommijiet jieħdu sehem f’dan il-​ministeru waqt li wliedhom ikunu l-​iskola. Anzjani leali li jagħmlu żjajjar pastorali minbarra li jieħdu ħsieb il-​familji tagħhom stess juru li jħobbu lil Jehovah bil-​qawwa kollha tagħhom. (2 Korintin 12:15) Jehovah jagħti qawwa lil dawk li jittamaw fih, sabiex huma jkunu jistgħu juru l-​imħabba tagħhom billi jużaw kwalunkwe qawwa li għandhom biex ifaħħruh.—Isaija 40:29; Lhud 6:11, 12.

L-​imħabba se tikber jekk nikkultivawha tajjeb. B’hekk, aħna nkomplu nieħdu l-​ħin biex nimmeditaw. Aħna niftakru x’għamel Jehovah għalina u għala jistħoqqlu d-​devozzjoni tagħna. Bħala dixxendenti imperfetti taʼ Adam, aħna qatt ma jistaʼ jistħoqqilna “dak [li] Alla lesta għal dawk li jħobbuh,” imma nistgħu nuru li nħobbu lil Jehovah b’ruħna u b’ġisimna. Ejja nkomplu nagħmlu dan!—1 Korintin 2:9.

[Stampa f’paġna 20]

Aħna nesprimu mħabba għal Alla bl-​affarijiet li nagħmlu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja