LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 1/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Stiefnu​—⁠“Alla Kien Japprovah u Tah Qawwa Kbira”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Stiefnu Jiġi Mħaġġar
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Imxi fil-Biżaʼ taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • 3 | Biddel il-Mod Kif Taħseb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 1/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Jindika l-​kliem taʼ Stiefnu f’Atti 7:​59 li t-​talb għandu jkun dirett lil Ġesù?

Atti 7:​59 jgħid: “Baqgħu jwaddbu l-​ġebel lil Stiefnu hu u jitlob bil-​ħrara u jgħid: ‘Mulej Ġesù, ilqaʼ l-​ispirtu tiegħi.’” Dan il-​kliem qajjem ħafna mistoqsijiet fl-​imħuħ taʼ xi wħud, ladarba l-​Bibbja tgħid li Ġeħova hu Semmiegħ it-​talb. (Salm 65:3 [65:​2, NW]) Kien Stiefnu tassew qed jitlob lil Ġesù? Jindika dan li Ġesù hu l-​istess bħal Ġeħova?

Il-Bibbja Mqaddsa taʼ Karm Żammit tgħid li Stiefnu kien qed “isejjaħ ’l Alla.” Mhux taʼ b’xejn, mela, li ħafna jaslu għall-​konklużjoni li wasal għaliha l-​kummentatur tal-​Bibbja Matthew Henry, li qal: “Stiefnu hawn qed jitlob lil Kristu, u hekk għandna nagħmlu aħna.” Madankollu, din il-​ħarsa hija żbaljata. Għala?

Barnes’ Notes on the New Testament jammetti b’mod sinċier: “Il-​kelma Alla m’hijiex fl-​oriġinal, u mhux suppost li qiegħda fit-​traduzzjoni. Ma tinsab fl-​ebda wieħed mill-​[manuskritti] jew mill-​verżjonijiet antiki.” Il-​kelma “Alla” kif spiċċat imdaħħla fil-​vers? L-​istudjuż Abiel Abbot Livermore sejħilha “eżempju taʼ preġudizzju settarju tat-​tradutturi.” Għal din ir-​raġuni, ħafna traduzzjonijiet moderni jeliminaw din ir-​referenza falza għal Alla.

Minkejja dan, ħafna verżjonijiet jgħidu li Stiefnu “talab” lil Ġesù. U n-​nota taʼ taħt fin-​New World Translation bl-​Ingliż turi li t-​terminu “jitlob bil-​ħrara” jistaʼ jfisser ukoll “sejħa, talba.” Ma jindikax dan li Ġesù hu Alla li Jistaʼ Kollox? Le. Vine’s Expository Dictionary of Old and New Testament Words jispjega li f’dan l-​isfond, il-​kelma oriġinali Griega, epikaleo, tfisser: “Issejjaħ lil xi ħadd, tissupplika, . . . tappella lill-​awtorità.” Pawlu uża l-​istess kelma meta ddikjara: “Nappella għal quddiem Ċesari!” (Atti 25:11) B’mod xieraq, allura, The New English Bible tgħid li Stiefnu “sejjaħ” lil Ġesù.

X’qanqal lil Stiefnu biex jagħmel appell bħal dan? Skond Atti 7:​55, 56, Stiefnu, “mimli bl-​ispirtu qaddis, ħares fiss lejn is-​sema u ra l-​glorja t’Alla u lil Ġesù fuq il-​leminija t’Alla.” Normalment, Stiefnu kien se jindirizza t-​talb tiegħu lil Ġeħova f’isem Ġesù. Imma peress li fil-​viżjoni ra lil Ġesù rxoxtat, milli jidher Stiefnu ħassu liberu jappella direttament lilu, billi qal: “Mulej Ġesù, ilqaʼ l-​ispirtu tiegħi.” Stiefnu kien jaf li Ġesù ngħata l-​awtorità biex iqajjem lill-​mejtin. (Ġwanni 5:​27-​29) Għalhekk, hu talab lil Ġesù biex jiħodlu ħsieb l-​ispirtu tiegħu, jew il-​forza tal-​ħajja, sakemm jasal il-​jum meta Ġesù kellu jqajmu għal ħajja immortali fis-​smewwiet.

Il-ftit kliem li qal Stiefnu jagħti bażi biex it-​talb isir lil Ġesù? Lanqas xejn. Raġuni waħda hi li Stiefnu għaraf biċ-​ċar id-​differenza bejn Ġesù u Ġeħova, għax ir-​rakkont jgħid li hu ra lil Ġesù “fuq il-​leminija t’Alla.” Ukoll, dawn iċ-​ċirkustanzi ma kinux xi ħaġa tas-​soltu. L-​uniku każ ieħor taʼ sejħa diretta lil Ġesù hu dak taʼ l-​appostlu Ġwanni, li b’mod simili indirizza lil Ġesù direttament meta rah f’viżjoni.—Rivelazzjoni 22:​16, 20.

Għalkemm b’mod xieraq illum il-​Kristjani jindirizzaw it-​talb kollu tagħhom lil Alla Ġeħova, huma wkoll għandhom fidi li ma titħarrikx li Ġesù hu “l-​irxoxt u l-​ħajja.” (Ġwanni 11:25) Bħalma saħħet lil Stiefnu, il-​fidi fl-​abbiltà taʼ Ġesù li jqajjem is-​segwaċi tiegħu mill-​mewt tistaʼ tgħin u ssaħħaħ lilna fi żmien taʼ prova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja