LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp22 Nru. 1 pp. 10-11
  • 3 | Biddel il-Mod Kif Taħseb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 3 | Biddel il-Mod Kif Taħseb
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Tgħallem il-​Bibbja:
  • Xi Jfisser:
  • X’Tistaʼ Tagħmel:
  • Stiefnu​—⁠“Alla Kien Japprovah u Tah Qawwa Kbira”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Stiefnu Jiġi Mħaġġar
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Kif Tistaʼ Twaqqaf iċ-Ċiklu tal-Mibegħda
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Aħna Nistgħu Negħlbu l-Mibegħda!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
wp22 Nru. 1 pp. 10-11
Raġel jimmaġina li qed jieħu b’id raġel taʼ razza oħra. Id-​dell tagħhom juri li huma qed jipprotestaw u jargumentaw maʼ xulxin.

KIF TISTAʼ TWAQQAF IĊ-​ĊIKLU TAL-​MIBEGĦDA

3 | Biddel Il-​mod Kif Taħseb

X’Tgħallem il-​Bibbja:

“Inbidlu billi ġġeddu moħħkom, biex tagħtu prova lilkom infuskom dwar x’inhi r-​rieda tajba u aċċettabbli u perfetta t’Alla.”—RUMANI 12:2.

Xi Jfisser:

Dak li naħsbu huwa importanti għal Alla. (Ġeremija 17:10) Irridu nagħmlu iżjed milli sempliċement nevitaw kliem u azzjonijiet li jweġġgħu. Il-​mibegħda tibda f’moħħna u f’qalbna. Għalhekk, irridu nieqfu naħsbu dwar affarijiet li jġegħluna nobogħdu. B’dan il-​mod biss nistgħu ‘nġeddu moħħna,’ jiġifieri ninbidlu u ma nibqgħux nobogħdu.

X’Tistaʼ Tagħmel:

Aħseb sew kif tħossok dwar oħrajn—speċjalment dawk li huma taʼ razza jew nazzjonalità differenti. Saqsi lilek innifsek: ‘Kif inħares lejhom? L-​opinjoni tiegħi hi bbażata fuq dak li jien naf dwarhom? Jew hi bbażata fuq preġudizzju?’ Evita social media, films, u divertiment li fihom il-​mibegħda u l-​vjolenza.

Il-​Kelma t’Alla tistaʼ tgħinna nneħħu l-​mibegħda minn moħħna u qalbna

Kultant huwa diffiċli biex neżaminaw sew dak li naħsbu u nħossu. Imma l-​Kelma t’Alla tistaʼ tgħinna nagħrfu “l-​ħsibijiet u l-​intenzjonijiet tal-​qalb.” (Ebrej 4:12) Mela kompli ara x’tgħid il-​Bibbja. Qabbel it-​tagħlim tagħha ma’ kif taħseb int. Imbagħad aħdem iebes biex taħseb bil-​mod kif jogħġob lil Alla. Il-​Kelma t’Alla tgħinna negħlbu mibegħda li tistaʼ tkun ġejja minn dak li naħsbu u nħossu.—2 Korintin 10:4, 5.

Esperjenza​—STEPHEN

Ma Baqax Jaħsibha l-​Istess

Stephen.

Stephen u xi membri tal-​familja tiegħu esperjenzaw mibegħda minn nies bojod. Minħabba f’hekk, hu ġie influwenzat minn grupp politiku li kien jiġġieled għad-​drittijiet tan-​nies. Maż-​żmien, hu beda jieħu sehem fi ġlied kontra nies li jobgħod. Stephen jgħid: “Jien u l-​ħbieb tiegħi ġieli konna naraw films dwar kemm kienu jbatu l-​iskjavi mill-​Afrika fl-​Amerika. Tant kemm konna nimtlew bir-​rabja li konna nattakkaw liż-​żgħażagħ bojod fiċ-​ċinema. Imbagħad konna mmorru fi nħawi fejn joqogħdu n-​nies bojod biex niġġieldu m’iżjed nies.”

Meta Stephen beda jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova, hu biddel kompletament kif kien jaħsibha. Hu jgħid: “Peress li kont għaddejt minn ħafna preġudizzju, vera kont sorpriż kif ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jittrattaw lil xulxin. Pereżempju, meta ħu abjad kellu jsiefer, hu ħalla lit-​tfal tiegħu ma’ familja sewda biex jieħdu ħsiebhom. Ukoll, familja bajda aċċettaw żagħżugħ iswed jgħix magħhom.” Stephen kien konvint li x-​Xhieda taʼ Ġeħova kienu bħal familja li vera jħobbu lil xulxin. Din kienet l-​istess imħabba li Ġesù qal li l-​Kristjani veri kien se jkollhom.—Ġwanni 13:35.

X’għen lil Stephen biex ma jibqax vjolenti u jobgħod lil oħrajn? Dak li tgħid il-​Bibbja f’​Rumani 12:2. Hu jgħid: “Kont naf li għandi bżonn inbiddel kif naħsibha. Kelli nbiddel il-​personalità tiegħi, nieqaf inkun vjolenti, u minflok inkun kalm m’oħrajn. Tgħallimt li din hija l-​aħjar ħajja possibbli.” Issa Stephen ilu iżjed minn 40 sena jgħix ħajja mingħajr mibegħda.

Tistaʼ taqra iżjed dwar l-​istorja taʼ Stephen f’It-​Torri tal-​Għassa tal-​1 taʼ Lulju 2015, paġni 10-​11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja