LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 1/15 pp. 8-9
  • Meta x-Xjuħija Ssir “Kuruna taʼ Ġieħ”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta x-Xjuħija Ssir “Kuruna taʼ Ġieħ”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jaqbdu Triq is-​Sewwa Iktar Tard f’Ħajjithom
  • Ġeħova Jieħu Ħsieb b’Mod Teneru l-Qaddejja Tiegħu Mdaħħlin fiż-Żmien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Uħud Imdaħħlin fiż-Żmien—Membri Prezzjużi tal-Fratellanza Kristjana Tagħna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Apprezza lill-Aħwa Kbar fl-Età
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Nikbru fl-Età Flimkien
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 1/15 pp. 8-9

“L-​Għajnuna Tiegħi Ġejja Mingħand Ġeħova”

Meta x-​Xjuħija Ssir “Kuruna taʼ Ġieħ”

“L-​AQWA ħajja li jistaʼ jkollok,” qalet Muriel fl-​età taʼ 101. “Tassew li hu privileġġ!” esprima ruħu Theodoros, taʼ 70 sena. “Ma stajtx użajt ħajti aħjar,” qalet Maria fl-​età taʼ 73 sena. Ilkoll kemm huma kienu qattgħu għomorhom f’servizz lil Alla Ġeħova.

Dawn l-​uħud avanzati huma eżempju taʼ ħafna individwi li jaqdu lil Ġeħova b’mod attiv mad-​dinja kollha. Minkejja l-​età avanzata, il-​problemi taʼ saħħa, u ċirkustanzi diffiċli oħrajn, huma xorta jaqdu lil Alla b’ruħhom kollha. Fil-​kongregazzjoni Kristjana, anzjani leali bħal dawn huma eżempji rispettati taʼ devozzjoni lejn Alla. Ġeħova japprezza bil-​kbir is-​servizz taʼ l-​anzjani, avolja jistgħu jkunu limitati minħabba ċ-​ċirkustanzi tagħhom.a​—2 Korintin 8:​12.

Il-​ktieb tas-​Salmi jsemmi punt tassew xieraq dwar il-​kwalità taʼ ħajja li jistgħu jistennew li jkollhom dawn l-​uħud leali mdaħħlin fiż-​żmien. Huma jistgħu jkunu bħal siġra kbira u mgħobbija biż-​żmien li tibqaʼ tagħmel il-​frott. Rigward uħud leali mdaħħlin fiż-​żmien, is-​salmista kanta: “Sa fi xjuħithom il-​frott jagħmlu, kollhom ħajja u ħdura.”—Salm 92:15 (92:​14, NW).

Xi wħud jistgħu jibżgħu li se jitwarrbu jew jiġu injorati meta saħħithom tbatti minħabba x-​xjuħija. David issupplika lil Alla: “Twarrabnix meta nasal għax-​xjuħija; titlaqnix meta tħallini saħħti.” (Salm 71:9) X’differenza hemm bejn dawk li jidbielu fix-​xjuħija u dawk li jħaddru? Il-​kwalità tas-​sewwa, jew il-​ġustizzja. “Il-​bniedem ġust bħall-​palma jħaddar,” kanta s-​salmista.—Salm 92:13 (92:​12, NW).

Dawk li mlew ħajjithom bis-​servizz leali lil Alla ġeneralment ikomplu jagħmlu frott tajjeb meta jixjieħu. Fil-​fatt, ħafna miż-​żrieragħ li żergħu f’ħajjithom jew f’dik t’oħrajn jinbtu u jaħsdu riżultati tajbin. (Galatin 6:​7-10; Kolossin 1:​10) M’għandniex xi ngħidu, nies li jkunu ħlew ħajjithom wara ġiri egoist li jinjora t-​triqat t’Alla ġeneralment ma tantx ikollhom x’juru meta jixjieħu.

Is-​sewwa huwa wkoll enfasizzat bħala tiżjin fix-​xjuħija fil-​ktieb Bibliku tal-​Proverbji. Hemmhekk naqraw: “Ix-​xagħar abjad kuruna taʼ ġieħ, li tinkiseb b’ħajja tajba.” (Proverbji 16:31) Iva, meta wieħed jgħix ħajja tajba, jew sewwa, ikun qed juri li għandu sbuħija ġewwinija. Meta wieħed ifittex is-​sewwa matul ħajja twila jaqlaʼ r-​rispett. (Levitiku 19:32) Meta max-​xagħar abjad ikun hemm l-​għerf u l-​virtù, ir-​riżultat se jkun wieħed taʼ ġieħ.​—Ġob 12:12.

Għal Ġeħova, ħajja tajba mqattgħa fis-​servizz tiegħu hi sabiħa. L-​Iskrittura tgħid: “Sa xjuħitkom jien [Ġeħova] dejjem hu, sa meta jibjad xagħarkom nibqaʼ nġorrkom. Jiena għamiltkom u jien nitgħabba bikom; u jien inġorrkom u nsalvakom.” (Isaija 46:4) Kemm hu taʼ faraġ li tkun taf li Missierna tas-​sema kollu mħabba jwegħedna li jsostni u jappoġġa lil-​leali tiegħu fix-​xjuħija tagħhom!—Salm 48:15 (48:​14, NW).

Peress li ħajja mqattgħa fis-​servizz leali lil Ġeħova hija sabiħa mill-​ħarsa tiegħu, ma jixirqilhiex din ukoll ir-​rispett t’oħrajn? Fi qbil mal-​ħarsa t’Alla, aħna ngħożżu lil sħabna fit-​twemmin li huma anzjani. (1 Timotju 5:​1, 2) Għalhekk ejja nfittxu modi prattiċi kif nuruhom imħabba Kristjana billi nieħdu ħsieb il-​bżonnijiet tagħhom.

Jaqbdu Triq is-​Sewwa Iktar Tard f’Ħajjithom

“Triq is-​sewwa twassal għall-​ħajja,” jiżgurana Salamun. (Proverbji 12:28) L-​età avanzata ma twaqqafx lil dak li jkun milli jaqbad din it-​triq iktar tard f’ħajtu. Per eżempju, fil-​Moldova raġel taʼ 99 sena kien iddedika ż-​żgħożija tiegħu biex ixerred fehmiet Komunisti. Kien kburi li tkellem personalment maʼ mexxejja Komunisti famużi, bħal V. I. Lenin. Madankollu, meta l-​Komuniżmu qabad it-​triq għan-​niżla u fl-​aħħar waqaʼ, dan ir-​raġel anzjan tilef l-​iskop u d-​direzzjoni fil-​ħajja. Imma meta x-​Xhieda taʼ Ġeħova wrewh li s-​Saltna t’Alla hija l-​unika soluzzjoni vera għall-​problemi tal-​bniedem, hu aċċetta l-​verità tal-​Bibbja u sar student ħerqan taʼ l-​Iskrittura. Il-​mewt biss ma ħallitux isir qaddej mgħammed taʼ Ġeħova.

Meta tgħallmet dwar il-​ħtiġijiet morali t’Alla, waħda mara taʼ 81 sena fl-​Ungerija rrealizzat li kien hemm bżonn li tiżżewweġ lir-​raġel li kienet ilha tgħix miegħu bosta snin. Il-​mara għamlet il-​kuraġġ u spjegatlu l-​ħarsa tagħha bbażata fuq il-​Bibbja. B’sorpriża kbira għaliha u b’ferħ kbir, hu qabel li jiżżewwiġha. Wara li ngħaqdu flimkien b’mod legali, hi malajr għamlet progress. Fi żmien tmien xhur wara li bdiet tistudja l-​Bibbja saret pubblikatriċi mhix mgħammda, u ftit wara tgħammdet. Kemm huwa minnu li s-​sewwa jistaʼ jkun kuruna taʼ ġieħ u sbuħija vera għal dawk imdaħħlin fiż-​żmien!

Iva, il-​Kristjani leali mdaħħlin fiż-​żmien jistgħu jkunu ċerti li Alla jinteressah minnhom. Ġeħova mhux se jitlaq lil dawk li jibqgħu leali lejh. Minflok, hu jwiegħed li jiggwidahom, jappoġġahom, u jgħinhom anki fi xjuħithom. U huma juru kemm hu minnu l-​kliem tas-​salmista: “L-​għajnuna tiegħi ġejja mingħand Ġeħova.”—Salm 121:​2, NW.

[Nota taʼ taħt]

a Ara t-​2005 Calendar of Jehovah’s Witnesses, Jannar/Frar.

[Kumment f’paġna 9]

“Ix-​xagħar abjad kuruna taʼ ġieħ, li tinkiseb b’ħajja tajba.”—PROVERBJI 16:31

[Kaxxa f’paġna 8]

ĠEĦOVA JIEĦU ĦSIEB IL-​QADDEJJA TIEGĦU MDAĦĦLIN FIŻ-​ŻMIEN

“Quddiem ix-​xjuħija tqum u tweġġaħ wiċċ ix-​xiħ.” —Levitiku 19:​32, “Saydon.”

“Sa xjuħitkom jien dejjem hu, sa meta jibjad xagħarkom nibqaʼ nġorrkom.”—Isaija 46:4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja