LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 10/15 pp. 4-7
  • Ibbenefika mill-Aħjar Edukazzjoni Disponibbli!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibbenefika mill-Aħjar Edukazzjoni Disponibbli!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Kristjanità Vera Teduka
  • Immotivati biex Jinbidlu
  • Tistaʼ Ssib l-​Aħjar Edukazzjoni
  • L-Edukazzjoni—Użaha Biex Tfaħħar lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Iħarsu Lejn l-Edukazzjoni?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Il-Valur Imprezzabbli tal-Edukazzjoni Divina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Liema Tip t’Edukazzjoni Jistaʼ Jagħmillek Ħajtek taʼ Suċċess?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 10/15 pp. 4-7

Ibbenefika mill-​Aħjar Edukazzjoni Disponibbli!

IL-​BIBBJA tidentifika lil Alla Ġeħova bħala l-​Ħallieq taʼ l-​affarijiet kollha, inkluż tal-​bnedmin. (Ġenesi 1:27; Rivelazzjoni 4:11) Bħala l-​Istruttur il-​Kbir, hu eduka lill-​ewwel koppja umana, Adam u Eva, u ppreparahom biex jgħixu fil-​ġnien sabiħ taʼ l-​Għeden. L-​iskop tiegħu kien li jkompli jedukahom u jieħu ħsiebhom għall-​eternità. (Ġenesi 1:​28, 29; 2:​15-​17; Isaija 30:​20, 21) Aħseb ftit dwar dan il-​prospett!

Madankollu, b’dispjaċir, l-​ewwel koppja ħassru l-​prospetti li kellhom. Il-​fatt li kienu diżubbidjenti wassal għad-​degradazzjoni morali u fiżika tar-​razza umana. (Ġenesi 3:​17-​19; Rumani 5:​12) Billi tirreferi għal dawk li għexu ftit ġenerazzjonijiet wara l-​ħolqien taʼ l-​umanità, il-​Bibbja tgħid: “Il-​Mulej ra li l-​ħażen tal-​bnedmin kien kiber fuq l-​art; u f’qalbu ma kienx għajr li jfassal il-​ħażen il-​jum kollu.”—Ġenesi 6:5.

Għaddew madwar 4,500 sena minn meta Ġeħova kkonkluda li l-​bniedem kien miġbud kontinwament lejn il-​ħażen, u issa s-​sitwazzjoni tal-​bniedem hija agħar minn qatt qabel. Ħafna jigdbu mingħajr mistħija taʼ xejn, jisirqu, jew jattakkaw lil oħrajn. Il-​problemi jiżdiedu kuljum, filwaqt li t-​tħassib għal oħrajn qiegħed jonqos. M’humiex ir-​relazzjonijiet persunali, inkluż dawk tal-​familji, fi kriżi? Madankollu, m’għandux jingħata t-​tort lil Alla għal dawn il-​kundizzjonijiet preżenti. Hu għadu jagħti kas il-​problemi taʼ llum. Ġeħova dejjem kien interessat fil-​qagħda tal-​bniedem, u hu lest li jeduka lil dawk li jħarsu lejh għall-​gwida biex ikunu jistgħu jiksbu ħajja ferħana. Madwar 2,000 sena ilu, hu bagħat lil Ibnu, Ġesù Kristu, fuq l-​art u wera li Hu interessat f’li jeduka lin-​nies li jridu jkollhom suċċess f’ħajjithom. Ġesù ħalla eżempju li kien perfett f’dik li hi edukazzjoni għax hu kien ġie mgħallem mill-​Istruttur il-​Kbir għal ammont kbir taʼ żmien.

Il-​Kristjanità Vera Teduka

Ġesù Kristu waqqaf il-​Kristjanità vera, mod taʼ ħajja bbażat fuq l-​imħabba. Fiha, il-​ħsibijiet u l-​azzjonijiet kollha huma fi qbil mar-​rieda t’Alla biex iġibu unur u glorja lil ismu. (Mattew 22:​37-​39; Ebrej 10:7) It-​tagħlim taʼ Ġesù dwar dan il-​mod taʼ ħajja kien appoġġat minn Missieru, Ġeħova. Fi Ġwanni 8:29 naqraw dwar l-​appoġġ li Ġesù rċieva minn Alla: “Dak li bagħatni qiegħed miegħi; hu ma telaqnix waħdi, għax dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu.” Iva Ġesù kellu l-​appoġġ u l-​gwida taʼ Missieru tul il-​ministeru tiegħu. Il-​qaddejja bikrin taʼ Ġesù ma setgħux jiffaċċjaw l-​isfidi tal-​ħajja mingħajr gwida. Ġeħova edukahom permezz taʼ Ibnu. Minħabba li mxew wara t-​tagħlim u l-​eżempju taʼ Ġesù saru nies aħjar. Dan huwa minnu għad-​dixxipli tiegħu llum.—Ara l-​kaxxa “L-​Effett li Ħalla Ġesù u t-​Tagħlim Tiegħu,” f’paġna 6.

Fattur li jispikka tal-​Kristjanità vera huwa li din tinkludi edukazzjoni li teffettwa l-​moħħ u l-​qalb biex b’hekk tittrasforma lin-​nies minn ġewwa. (Efesin 4:​23, 24) Biex insemmu biss eżempju wieħed, ikkunsidra dak li għallem Ġesù rigward li tkun leali lejn is-​sieħeb tiegħek: “Smajtu li ntqal, ‘Tagħmilx adulterju.’ Imma jien ngħidilkom li kulmin jibqaʼ jħares lejn mara biex jixtieqha jkun diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.” (Mattew 5:​27, 28) B’dan il-​kliem, Ġesù kien qed jgħallem lid-​dixxipli tiegħu li l-​qalb għandha tinżamm nadifa u li ħsibijiet u xewqat mhux xierqa, għalkemm ikunu għadhom ma twettqux, jistgħu jwasslu għal konsegwenzi koroh. M’huwiex tassew minnu li l-​ħsibijiet ħżiena jistgħu jwasslu għal atti li joffendu lil Alla u jweġġgħu lil oħrajn?

Għalhekk, il-​Bibbja tagħti dan il-​parir: “Tibqgħux magħġunin skond din is-​sistema, imma inbidlu billi ġġeddu moħħkom, biex tagħtu prova lilkom infuskom dwar x’inhi r-​rieda tajba u aċċettabbli u perfetta t’Alla.” (Rumani 12:2) Għandek mnejn tistaqsi, ‘Huwa tassew possibbli li nġeddu moħħna permezz taʼ l-​edukazzjoni?’ Li ġġedded il-​moħħ jinvolvi li timmotivah f’direzzjoni differenti billi timlieh bil-​prinċipji u l-​istruzzjonijiet mogħtijin fil-​Kelma t’Alla. Dan jistaʼ jsir billi taċċetta l-​edukazzjoni li Alla jipprovdi permezz tal-​Kelma tiegħu.

Immotivati biex Jinbidlu

“Il-​kelma t’Alla hi ħajja u qawwija.” (Ebrej 4:12) Hi għadha teżerċita qawwa fuq l-​individwi, u b’hekk turi li qatt ma hi antikwata. Tistaʼ tagħti lil persuna l-​motivazzjoni biex tbiddel il-​ħajja tagħha, tħaddan il-​Kristjanità vera, u ssir persuna aħjar. L-​eżempji li ġejjin juru l-​valur taʼ l-​edukazzjoni tal-​Bibbja.

Emilia, li ssemmiet fl-​artiklu taʼ qabel, tgħid: “Il-​fatt li għamilt sforz waħdi ma kienx biżżejjed biex intejjeb is-​sitwazzjoni f’dari. Meta bdejt nistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova, irrealizzajt li kien hemm tama u bdejt inbiddel l-​attitudni tiegħi. Tgħallimt insir iktar paċenzjuża u ma nitlifx il-​paċenzja meta nkun irrabjata. Maż-​żmien, ir-​raġel tiegħi beda jistudja wkoll. Ma kinitx faċli għalih li jieqaf jixrob, iżda rnexxielu jagħmel dan. Dan tana opportunità biex nagħtu bidu ġdid liż-​żwieġ tagħna. Issa aħna Kristjani ferħanin u qegħdin indaħħlu l-​prinċipji ġusti tal-​Bibbja fit-​tfal tagħna.”—Dewteronomju 6:7.

L-​edukazzjoni li l-​Kristjanità vera tipprovdi tistaʼ teħles persuna minn vizzji u minn ħajja immorali. Manuela sab li dan kien minnu. Meta kellu 13-il sena ħarab mid-​dar u beda jieħu l-​marijuana. Maż-​żmien beda jieħu l-​eroina. Hu kellu relazzjonijiet sesswali kemm maʼ rġiel u kemm maʼ nisa biex ikun jistaʼ jkollu kenn u flus. Xi drabi, Manuel mantna lilu nnifsu billi seraq lin-​nies. Hu spiss kien ikun taħt l-​influwenza tad-​droga. Il-​kondotta aggressiva tiegħu daħħlitu ħafna drabi l-​ħabs. Darba minnhom dam erbaʼ snin il-​ħabs, u hemmhekk beda jittraffika l-​armi. Wara li żżewweġ, il-​ħajja taʼ Manuel kompliet taħsad konsegwenzi koroh. Hu jgħid: “Spiċċajna ngħixu f’kamra fejn kienu jżommu t-​tiġieġ. Għadni niftakar lil marti ssajjar fuq ftit briks. Iċ-​ċirkustanzi tagħna tant kienu diffiċli li l-​familja tiegħi stess ħeġġew lil marti biex titlaqni.”

X’biddillu ħajtu? Manuel iwieġeb: “Xi ħadd li kont naf ġie d-​dar tagħna u beda jitkellem dwar il-​Bibbja. Jien aċċettajt iż-​żjajjar tiegħu sempliċement biex nurih li ma kienx jeżisti Alla li kien jinteressah min-​nies. Jien kont inħossni prova ċara taʼ dan. Kont sorpriż li x-​Xhud kien paċenzjuż u edukat, u għalhekk qbilt li mmur għal-​laqgħat fis-​Sala tas-​Saltna. Għalkemm xi ftit li kienu hemmhekk kienu jafu dwar il-​ħajja tiegħi, huma laqgħuni b’mod tajjeb. Ġagħluni nħossni qisni wieħed minnhom. Dan kien taʼ faraġ kbir. Ġejt imqanqal sal-​punt li ddeċidejt li ninqataʼ għalkollox mid-​dinja tad-​drogi biex insib xogħol onest. Erbaʼ xhur wara li bdejt studju tal-​Bibbja, ġejt kwalifikat biex nippriedka, u erbaʼ xhur wara dan, tgħammidt bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.”

Il-Kristjanità vera x’kienet tfisser għal Manuel u l-​familja tiegħu? “Mingħajr ledukazzjoni tal-​Bibbja, żgur kont inkun mejjet ħafna snin ilu. Il-​mod taʼ ħajja li Ġesù għallimna tani l-​familja tiegħi lura. Iż-​żewġt itfal tiegħi m’għandhomx għalfejn jgħaddu minn dak li għaddejt jien meta kont żagħżugħ. Inħossni kburi u grat ħafna lejn Ġeħova għar-​relazzjoni tajba li għandi issa maʼ marti. Xi wħud minn dawk li kont naf ferħuli u qaluli li l-​mod taʼ ħajja li qed insegwi issa huwa l-​aqwa wieħed.”

Tul il-​ħajja Kristjana tagħna għandna mhux biss inkunu nodfa moralment imma wkoll nodfa fiżikament. John, li jgħix f’post fejn hemm ħafna faqar fl-​inħawi taʼ l-​Afrika t’Isfel, irrealizza dan. Hu jispjega: “Xi drabi t-​tifla tagħna lanqas darba f’ġimgħa ma kienet tinħasel, u ħadd minna ma kien jidher li jimpurtah.” Il-​mara tiegħu ammettiet li d-​dar tagħhom kellha dehra terribbli. Iżda bl-​edukazzjoni Kristjana l-​affarijiet inbidlu. John waqaf jassoċja maʼ klikka taʼ ħallelin tal-​karozzi u beda jagħti iktar attenzjoni lill-​familja tiegħu. “Aħna tgħallimna li bħala Kristjani, għandna nżommu ġisimna u l-​ħwejjiġna nodfa. Jogħġobni l-​kliem fl-​1 Pietru 1:​16, li jħeġġiġna sabiex inkunu qaddisin għax Alla Ġeħova huwa qaddis. Issa nipprovaw ukoll nagħtu dehra sabiħa lid-​dar sempliċi tagħna.”

Tistaʼ Ssib l-​Aħjar Edukazzjoni

L-​esperjenzi msemmijin hawn fuq m’humiex każijiet iżolati. B’riżultat taʼ l-​edukazzjoni bbażata fuq il-​Bibbja, eluf taʼ nies tgħallmu jgħixu ħajja aħjar. Billi jkunu onesti u beżlin, huma apprezzati mill-​impjegati tagħhom. Huma saru ħbieb u ġirien tajbin billi jieħdu interess fil-​ġid tal-​bnedmin sħabhom. Huma determinati li jevitaw il-​vizzji u t-​tendenzi tal-​ġisem, u għalhekk jieħdu ħsieb issaħħa fiżika, mentali, u emozzjonali tagħhom. Minflok ma jaħlu r-​riżorsi tagħhom fuq il-​vizzji, huma jużawhom għal ġid tagħhom stess u għall-​ġid tal-​familja tagħhom. (1 Korintin 6:​9-​11; Kolossin 3:​18-​23) Mingħajr ebda dubju, ir-​riżultati taʼ li npoġġu fil-​prattika dak li Ġeħova jgħidilna fil-​Bibbja juru li l-​aħjar mod taʼ ħajja hu li ngħixu fi qbil mal-​Kristjanità vera, u dan se jipprovdi l-​aħjar edukazzjoni disponibbli. Rigward persuna li tgħix fi qbil mal-​liġijiet t’Alla, il-​Bibbja tgħid: “Hu jirnexxi f’kull ma jagħmel.”—Salm 1:3.

Huwa inkuraġġanti li nkunu nafu li Alla li Jistaʼ Kollox, Ġeħova, jixtieq jedukana. Hu jgħid dwaru nnifsu: “Jien hu l-​Mulej, Alla tiegħek; jien ngħallmek għall-​ġid tiegħek, u nqabbdek it-​triq fejn għandek timxi.” (Isaija 48:17) Iva, Ġeħova wriena t-​triq permezz taʼ l-​eżempju u t-​tagħlim taʼ Ibnu, Ġesù Kristu. It-​tagħlim tiegħu għamel differenza fil-​ħajja taʼ ħafna li kienu jafuh meta kien fuq l-​art, u l-​istess huwa minnu fil-​każ taʼ ħafna oħrajn li jgħixu fi qbil mat-​tagħlim tiegħu llum. Għaliex ma tiħux il-​ħin biex titgħallem iktar dwar dan it-​tagħlim? Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​inħawi tiegħek se jkunu ferħanin li jgħinuk biex tirċievi edukazzjoni taʼ valur bħal din.

[Nota taʼ taħt]

a Xi ismijiet ġew mibdulin.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 6]

L-​Effett li Ħalla Ġesù u t-​Tagħlim Tiegħu

Billi uża l-​pożizzjoni għolja tiegħu bħala kollettur ewlieni tat-​taxxa, Żakkew sar sinjur billi kien jaħtaf u jisraq il-​flus tan-​nies komuni. Iżda hu biddel ħajtu billi applika t-​tagħlim taʼ Ġesù.—Luqa 19:​1-10.

Sawlu taʼ Tarsu waqaf jippersegwita lill-​Kristjani, ikkonverta għall-​Kristjanità u sar l-​appostlu Pawlu.—Atti 22:​6-​21; Filippin 3:​4-9.

Xi Kristjani f’Korintu kienu ‘żienja, idolatri, adulteri, omosesswali, ħallelin, rgħiba, sakranazzi, żeblieħa, u imbroljuni.’ Madankollu, meta tgħallmu dwar il-​Kristjanità vera, huma ‘ġew maħsulin, ġew imqaddsin, [u] ġew dikjarati ġusti f’isem il-​Mulej tagħhom Ġesù Kristu.’—1 Korintin 6:​9-​11.

[Stampa f’paġna 7]

Il-​Bibbja tistaʼ turik kif ikollok suċċess

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja