LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 5/15 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • “Se Rriegħed il-Ġnus Kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • “Jiena Magħkom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ħalli Kulħadd Jigglorifika lil Jehovah!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • “Ġid” li Qed Jimla Dar Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 5/15 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

X’qed iġiegħel “il-​ġid kollu tal-​popli” biex jiġi fit-​“tempju” tal-​qima vera?—Ħaggaj 2:7.

Permezz tal-​profeta Ħaggaj, Ġeħova bassar: “Nqanqal [jew, ‘nheżżeż’] il-​ġnus kollha, u l-​ġid kollu tal-​popli jiġi kollu hawn, u nimla dan it-​tempju bil-​glorja.” (Ħaggaj 2:7) Qiegħed dan it-​theżżiż tal-​“ġnus kollha” jġiegħel lill-​“ġid kollu” tal-​popli, jiġifieri individwi taʼ qalb onesta, biex iħaddan il-​qima vera? It-​tweġiba hija le.

Ikkunsidra dak li jqanqal, jew jheżżeż, il-​ġnus u dan it-​theżżiż għal xiex qed iwassal. Il-​Bibbja tgħid li ‘l-​ġnus qamu f’rewwixta u l-​popli qagħdu jreddnu ħaġa fiergħa.’ (Salm 2:​1, NW) Il-​“ħaġa fiergħa” li huma jibqgħu “jreddnu” fuqha, jew jimmeditaw dwarha, hi l-​mod kif se jippreservaw il-​ħakma tagħhom. Xejn ma jheżżiżhom iktar minn xi theddida għall-​ħakma tagħhom.

L-ippridkar dwar is-​Saltna stabbilita t’Alla li qed isir madwar id-​dinja kollha mix-​Xhieda taʼ Ġeħova sar proprju theddida taʼ din ix-​xorta għall-​ġnus. Wara kollox, is-​Saltna Messjanika t’Alla f’idejn Ġesù Kristu se ‘tfarrak u ttemm is-​saltniet kollha,’ li huma magħmulin mill-​bniedem. (Danjel 2:44) Ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar jinkludi l-​messaġġ taʼ ġudizzju li qed jheżżeż lill-​ġnus. (Isaija 61:2) U dan it-​theżżiż qed jiżdied hekk kif ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar qed jinfirex u jiżdied. It-​theżżiż imbassar f’Ħaggaj 2:7 huwa sinjal taʼ xiex?

F’Ħaggaj 2:6 naqraw: “Għax hekk jgħid il-​Mulej taʼ l-​eżerċti: ‘Dalwaqt, ftit ieħor biss, u jiena nheżheż is-​smewwiet [u l-​art] u l-​baħar u l-​blat.’” Meta kkwota minn dan il-​vers, l-​appostlu Pawlu kiteb: “Dak iż-​żmien leħnu heżżeż l-​art, imma issa wiegħed u qal: ‘Iżda darb’oħra nheżżeż mhux biss l-​art imma wkoll is-​sema.’ Issa l-​espressjoni ‘Iżda darb’oħra’ tindika t-​tneħħija taʼ l-​affarijiet li qed jitheżżu, jiġifieri, l-​affarijiet li ntgħamlu, sabiex jibqgħu l-​affarijiet li mhux qed jitheżżu [is-Saltna].” (Ebrej 12:​26, 27) Iva, is-​sistema dinjija preżenti kollha kemm hi se titheżżeż u mhux se tibqaʼ teżisti iktar, u b’hekk se tagħmel wisaʼ għad-​dinja l-​ġdida li se jagħmel Alla.

Nies taʼ qalb onesta se jinġibdu lejn il-​qima vera imma mhux minħabba li l-​ġnus qed jitheżżu. L-​għemil li qed jiġbidhom lejn Ġeħova u l-​qima tiegħu hu l-​istess għemil li qed iġiegħel lill-​ġnus jitheżżu, jiġifieri l-​ippridkar dwar is-​Saltna stabbilita t’Alla li qed isir madwar id-​dinja kollha. Id-​dikjarazzjoni tal-​‘bxara taʼ ferħ t’aħbar tajba taʼ dejjem’ se tiġbed lil dawk li għandhom attitudni xierqa lejn il-​qima taʼ l-​Alla l-​veru.—Rivelazzjoni 14:​6, 7.

Il-messaġġ tas-​Saltna huwa wieħed taʼ ġudizzju u taʼ salvazzjoni. (Isaija 61:1, 2) Ir-​riżultat taʼ l-​ippridkar madwar id-​dinja huwa doppju: it-​theżżiż tal-​ġnus u d-​dħul tal-​ġid tal-​popli għall-​glorja taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja