LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 1/15 p. 3
  • Ir-Raġel u l-Mara—Maħluqin għal Xulxin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ir-Raġel u l-Mara—Maħluqin għal Xulxin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • L-Ewwel Raġel u Mara
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Alla ħalaq l-ewwel raġel u mara
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • L-Irwol tal-Mara fl-Iskrittura
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Hemm X’Nitgħallmu mill-Ewwel Koppja Umana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 1/15 p. 3

Ir-​Raġel u l-​Mara—Maħluqin għal Xulxin

IR-​RAĠEL u l-​mara minn dejjem ixxennqu biex ikunu flimkien. Din ix-​xenqa oriġinat minn Alla. Ġeħova ra li ma kienx tajjeb għal Adam, l-​ewwel raġel, li jibqaʼ waħdu. Għalhekk, Alla għamillu “għajnuna [lir-raġel] li taqbel miegħu” (Saydon).

Ġeħova ġiegħel lil Adam jorqod fil-​fond, u mbagħad ħadlu waħda mill-​kustilji u “sawwar il-​kustilja . . . f’mara u ġiebha lill-​bniedem.” Adam tant kien ferħan meta ltaqaʼ maʼ din il-​ħlejqa sabiħa taʼ Ġeħova li hu ddikjara: “Din id-​darba din hi għadma minn għadmi, u laħam minn laħmi.” Bil-​kwalitajiet femminili tagħha, Eva, il-​mara perfetta, kienet tabilħaqq taʼ min iħobbha. U l-​perfett Adam bid-​dinjità maskili tiegħu kien jistħoqqlu rispett. Huma kienu maħluqin għal xulxin. Il-​Bibbja tgħid: “Għalhekk ir-​raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad maʼ martu u jsiru ġisem wieħed.”​—Ġenesi 2:​18-​24.

Madankollu, illum il-​familji qed jitkissru, u fir-​relazzjoni bejn ir-​raġel u l-​mara ħafna drabi jkun hemm abbuż fiżiku u verbali jew tkun karatterizzata mill-​egoiżmu. L-​ispirtu taʼ kompetizzjoni bejn is-​sessi wassal għal konflitti u nuqqas taʼ qbil. Dan kollu hu kuntrarju għall-​iskop t’Alla għar-​raġel u l-​mara. Ir-​raġel kien maħluq biex iwettaq irwol meraviljuż fuq l-​art. Il-​mara kellu jkollha post uniku u siewi bħala kumpliment għar-​raġel tagħha. Huma kellhom jaħdmu flimkien f’unità. Mill-​bidu taʼ l-​eżistenza tal-​bniedem, irġiel u nisa li kellhom il-​biżaʼ minn Alla pprovaw iwettqu lealment l-​irwoli li Ġeħova kellu għalihom, u dan żied maʼ l-​hena u s-​sodisfazzjon tagħhom. X’inhuma dawn l-​irwoli, u kif nistgħu nwettquhom?

[Stampa f’paġna 3]

Ir-​raġel u l-​mara huma maħluqin biex ikunu jistgħu jwettqu rwoli dinjitużi fl-​arranġament t’Alla

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja