LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 2/1 p. 16
  • Għamos—Kien Jiġbor jew Joqros it-Tin?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għamos—Kien Jiġbor jew Joqros it-Tin?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Il-Frott—Tajjeb u Ħażin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Iżżommx Lura!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Għandek ‘qalb li biha tkun taf’ lil Ġeħova?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 2/1 p. 16

Għamos—Kien Jiġbor jew Joqros it-​Tin?

LURA fid-​disaʼ seklu Q.E.K., il-​profeta Għamos ngħata kmand biex ma jibqax jipprofetizza f’Iżrael minn Amasija, bniedem mill-​agħar li kien qassis tal-​qima taʼ l-​għoġol. Għamos ma qabilx u qal: “Jiena biss ragħaj u [“wieħed li joqros it-​tin tas-​siġar tal-​ġummajż,” NW]; iżda l-​Mulej qabadni minn wara l-​merħla, u l-​Mulej qalli: ‘Mur, ħabbar lill-​poplu tiegħi, Iżrael.’” (Għamos 7:​14, 15) Iva, Ġeħova kien il-​wieħed li bagħat lil Għamos bħala profeta; hu ma kienx ħatar lilu nnifsu. Imma x’ried ifisser Għamos meta qal li hu kien “wieħed li joqros” it-​tin tas-​siġar tal-​ġummajż?

L-espressjoni Ebrajka li ġiet tradotta hawn tidher għal din id-​darba biss fin-​New World Translation. Traduzzjonijiet oħrajn tal-​Bibbja jittraduċu dan it-​terminu bħala wieħed li “jiġbor,” “jikkultiva,” “jiżbor,” jew “ikabbar,” minflok wieħed li “joqros” it-​tin tas-​siġar tal-​ġummajż. Madankollu, il-​ġurnal Economic Botany jgħid li traduzzjoni xierqa taʼ dan it-​terminu għandha tkun “itaqqab” għaliex din il-​kelma tindika azzjoni speċjali li jagħmel dak li jikkultiva t-​tin tal-​ġummajż.

L-użanza li wieħed joqros, jew itaqqab, jiġifieri li wieħed jagħmel qsim żgħir fit-​tin tal-​ġummajż, ilha magħrufa sew fl-​Eġittu u Ċipru sa mill-​qedem. F’Iżrael taʼ llum, l-​użanza li wieħed itaqqab, jew joqros it-​tin m’għadhiex issir minħabba li fil-​pajjiż jikbru tipi oħrajn taʼ tin. Madankollu, din l-​użanza kienet prattikata mill-​Iżraelin fi żmien Għamos, ladarba l-​ġummajż li kien jikber f’Iżrael dak iż-​żmien kien ġej minn tip taʼ tin Eġizzjan.

Milli jidher, meta t-​tin jittaqqab ikun jistaʼ jassorbi iktar ilma u jkollu iktar sugu. Dan iżid ukoll il-​produzzjoni taʼ ċertu gass li jgħaġġel il-​proċess sabiex it-​tin isir, u b’hekk il-​frott ikun akbar u iktar ħelu. Iżjed minn hekk, in-​naħal li jagħmel il-​ħsara ma jħassarx il-​frott għax dan jimmatura malajr.

Għalkemm kien ġej minn sfond umli bħala ragħaj u wieħed li joqros it-​tin, Għamos ma beżax mill-​għedewwa tiegħu. Minflok, hu ddikjara bil-​kuraġġ il-​messaġġ taʼ ġudizzju taʼ Ġeħova kontra Iżrael. X’eżempju tajjeb għall-​qaddejja t’Alla llum, li bl-​istess mod għandhom jiddikjaraw messaġġ li ma tantx jintgħoġob min-​nies!​—Mattew 5:​11, 12; 10:22.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja