LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/07 p. 4
  • Iżżommx Lura!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iżżommx Lura!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Ħu Bħala Mudell lill-Profeti—Għamos
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Għamos—Kien Jiġbor jew Joqros it-Tin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Punti Prinċipali mill-Kotba taʼ Ġoel u Għamos
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 11/07 p. 4

Iżżommx Lura!

1. Kif nistgħu ma ‘nżommux lura milli nagħmlu l-​ġid’?

1 Meta nipparteċipaw b’mod attiv f’li nxandru l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla, aħna ma ‘nżommux lura milli nagħmlu l-​ġid’ lil dawk fit-​territorju assenjat lilna. (Prov. 3:27, NW) M’hemmx messaġġ aħjar x’jingħata lill-​umanità minn dak dwar iż-​żminijiet aħjar li ġejjin taħt il-​ħakma t’Alla. Għalkemm int tistaʼ b’mod ġeneruż taqsam m’oħrajn it-​tama tas-​Saltna billi tagħti xiehda informalment jew billi tħalli l-​letteratura, għala ma tagħmilhiex il-​mira tiegħek li tikkonduċi studju tal-​Bibbja, jekk għadek m’għamiltx dan s’issa?

2. X’jistaʼ jġegħelna nżommu lura milli nibdew studju tal-​Bibbja?

2 Kultant, wieħed mill-​akbar ostakli biex nikkonduċu studju tal-​Bibbja huwa l-​mod kif inħossuna dwar il-​kwistjoni. Xi wħud iżommu lura milli jikkonduċu studju tal-​Bibbja minħabba li m’għandhomx fiduċja fihom infushom jew minħabba li għandhom skeda mimlija. Is-​suġġerimenti li ġejjin jistgħu jkunu t’għajnuna għalik biex ma żżommx lura milli tieħu sehem fix-​xogħol taʼ li nikkonduċu studju tal-​Bibbja.—Mt. 28:19; Atti 20:20.

3. Għala aħna kwalifikati biex ngħallmu l-​Bibbja?

3 Nuqqas taʼ Fiduċja: Forsi għandek edukazzjoni sekulari limitata jew għal xi raġuni oħra għandek nuqqas taʼ fiduċja fl-​abbiltà tiegħek li tikkonduċi studju tal-​Bibbja. Ministri Kristjani effettivi fl-​ewwel seklu kienu “komuni u taʼ ftit skola.” X’għenhom jgħallmu l-​verità lil ħaddieħor? “Kienu jkunu maʼ Ġesù.” (Atti 4:13) Huma tgħallmu mill-​Għalliem il-​Kbir, Ġesù, li t-​tagħlim u l-​metodi tiegħu ġew preservati għalina fl-​Iskrittura. Anki jekk l-​edukazzjoni sekulari tiegħek hija limitata, int qed tirċievi edukazzjoni spiritwali li ma tistax tqabbilha maʼ xi forma oħra t’edukazzjoni.—Is. 50:4; 2 Kor. 3:5.

4. X’nistgħu nitgħallmu mill-​eżempju t’Għamos?

4 Xi drabi Ġeħova uża l-​profeti biex iċanfar lil ħakkiema li żbaljaw jew lil xi ħadd ieħor f’pożizzjoni għolja. Xi wħud, bħal Għamos, kienu ġejjin minn familja komuni. Għamos ammetta: “Jien m’iniex profeta, lanqas bin profeta; jiena biss ragħaj u niżbor il-​ġummajż.” (Għam. 7:14) Minkejja dan, Għamos ma żammx lura milli jwassal il-​messaġġ taʼ ġudizzju taʼ Ġeħova lill-​qassis Amasija li kien jadura l-​għoġol. (Għam. 7:16, 17) Għandna dejjem niftakru li aħna qed inwettqu x-​xogħol t’Alla u hu se jikkwalifikana biżżejjed biex nagħmluh.—2 Tim. 3:17.

5. Għala għandna nistinkaw biex nibdew studju tal-​Bibbja anki jekk ikollna skeda mimlija?

5 Skeda Mimlija: Anki jekk għandek skeda mimlija, x’aktarx li diġà warrabt il-​ħin biex tieħu sehem fil-​ministeru regolarment. Il-​fatt li tikkonduċi studju tal-​Bibbja jistaʼ jkun wieħed mill-​iktar aspetti sbieħ tal-​ministeru. Huwa privileġġ li tara l-​Kelma taʼ Ġeħova ssawwar ħajja taʼ persuna. (Ebr. 4:12) Ġeħova jieħu pjaċir meta aħna nagħmlu sagrifiċċji persunali sabiex nassistu lil xi ħadd biex ‘jasal għall-​għarfien eżatt dwar il-​verità.’ (1 Tim. 2:4) Anki l-​anġli jesperjenzaw ferħ meta xi ħadd jindem mill-​mod taʼ ħajja taʼ qabel u jagħmel progress spiritwali.—Lq. 15:10.

6. Xi privileġġ għandna sabiex inwettqu r-​rieda t’Alla?

6 Alla “jrid li bnedmin taʼ kull xorta jiġu salvati u jaslu għall-​għarfien eżatt dwar il-​verità.” (1 Tim. 2:4) Xi rwol speċjali għandna li naħdmu fi qbil mar-​rieda t’Alla billi ma nżommux lura milli nikkonduċu studji tal-​Bibbja!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja