LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 12/15 pp. 3-4
  • Il-Mogħdrija f’Dinja Kiefra

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Mogħdrija f’Dinja Kiefra
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Imita l-mogħdrija taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • “Il-mogħdrija tenera t’Alla tagħna”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Tgħallem ‘Agħder b’Tenerezza’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Agħder b’Tenerezza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 12/15 pp. 3-4

Il-​Mogħdrija f’Dinja Kiefra

RAĠEL fil-​Burundi jimrad serjament bil-​malarja. Jeħtieġ li jittieħed b’urġenza lejn l-​isptar. Imma kif? M’hemm ebda karozza li tistaʼ twasslu. Tnejn minn ħbiebu tal-​qalb jiġu jgħinuh. Huma jpoġġuh fuq rota u jimbottawh għal ħames sigħat bi tbatija kbira minn art muntanjuża. Iwassluh u jrikkbuh karozza tal-​linja li tieħdu lejn l-​eqreb sptar. Ftit tal-​jiem wara, hu jibda jħossu ferm aħjar.

Fin-naħa l-​oħra tal-​globu, fid-​diżastru li ħalla warajh l-​Uragan Katrina li ħarbat l-​inħawi tal-​Golf taʼ l-​Istati Uniti f’Awissu tas-​sena 2005, grupp taʼ volontieri jsibu t-​tifrik taʼ dar taħt xi siġar li waqgħu fuqha. Il-​volontieri, li sidt id-​dar ma kinitx tafhom, iqattgħu l-​jum kollu jneħħu s-​siġar u t-​tifrik permezz taʼ srieraq taʼ l-​elettriku. “Ma nistax nirringrazzjahom biżżejjed lil dawn [in-nies],” tgħid sidt id-​dar.

Rapporti sensazzjonali mill-​mezzi tax-​xandir għandhom it-​tendenza li jenfasizzaw l-​atroċitajiet u l-​krudeltajiet li jsiru. Spiss minħabba dawn ir-​rakkonti, ftit li xejn tingħata importanza lill-​atti taʼ mogħdrija u qalb tajba li jsiru kuljum. Madankollu, dan ma jbiddilx il-​fatt li n-​nies kullimkien huma ddisprati għall-​imħabba, l-​affezzjoni, u s-​simpatija. Aħna nixxennqu għall-​mogħdrija! Dawn is-​sentimenti jinħassu iktar fl-​istaġun tal-​Milied, meta ħafna nies jitkellmu jew ikantaw dwar ‘is-​sliem [u] r-​rieda tajba lejn il-​bnedmin.’—Luqa 2:14, Karm Żammit.

Jistaʼ ma jkunx faċli li turi l-​mogħdrija f’dinja li hi tant nieqsa mill-​imħabba u l-​ospitalità. L-​attitudni komuni fost in-​nies hi li l-​kefrija u l-​egoiżmu jwasslu għas-​suċċess u l-​unur. Milli jidher, ħafna nies jemmnu li huwa iktar għaqli li tkun kiefer milli turi mogħdrija. Ir-​regħba u l-​egoiżmu faċilment iwaqqfuk milli turi mogħdrija.

B’hekk, ħafna jpoġġu lilhom infushom l-​ewwel, saħansitra jinjoraw is-​sentimenti jew l-​interessi taʼ ħaddieħor. Eroj irġiel fid-​dinja taʼ l-​isports u tad-​divertiment spiss jiġu preżentati bħala “rġiel veri” (uħud maskili b’mod aggressiv) li ma jurux affezzjoni b’ġentilezza. Xi ħakkiema politiċi jaġixxu bl-​istess mod.

Għalhekk, nagħmlu tajjeb jekk nistaqsu: Għala għandna nuru s-​simpatija? Tqanqlek il-​mogħdrija biex tagħmel it-​tajjeb? U x’jistaʼ jgħinna nuru l-​mogħdrija? L-​artiklu li jmiss se jiddiskuti dawn il-​mistoqsijiet.

[Kaxxa f’paġna 3]

•Tkun dgħajjef jekk turi l-​mogħdrija?

•X’qawwa għandha l-​mogħdrija?

•B’liema modi prattiċi tistaʼ turi s-​simpatija?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja