LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 4/15 p. 30-p. 32 para. 11
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġwanni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġwanni
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “ARA, IL-​ĦARUF T’ALLA”
  • (Ġwanni 1:1–11:54)
  • ‘IBQAʼ MIEXI WARAJH’
  • (Ġwanni 11:55–21:25)
  • Lezzjonijiet Għalina:
  • “Waslet is-Siegħa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • “Is-Siegħa Tiegħu Kienet Għadha Ma Waslitx”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Tgħallem Lezzjoni Minn Nikodemu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 4/15 p. 30-p. 32 para. 11

Il-​Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja

Punti Prinċipali mill-​Ktieb taʼ Ġwanni

ĠWANNI—“id-​dixxiplu li Ġesù kien iħobb”—huwa l-​aħħar individwu li kiteb rakkont ispirat dwar il-​ħajja u l-​ministeru taʼ Kristu. (Ġw. 21:20) L-​Evanġelju taʼ Ġwanni, li nkiteb madwar is-​sena 98 E.K., ftit li xejn jirripeti affarijiet li huma miktubin fit-​tliet Evanġelji l-​oħrajn.

L-appostlu Ġwanni kiteb l-​Evanġelju tiegħu b’mira ċara f’moħħu. Rigward l-​affarijiet li kiteb, hu jgħid: “Dawn inkitbu biex intom temmnu li Ġesù hu l-​Kristu, l-​Iben t’Alla u, għax temmnu, jistaʼ jkollkom il-​ħajja permezz taʼ ismu.” (Ġw. 20:31) Il-​messaġġ li fih huwa tabilħaqq taʼ valur kbir għalina.—Ebr. 4:12.

“ARA, IL-​ĦARUF T’ALLA”

(Ġwanni 1:1–11:54)

Malli jara lil Ġesù, Ġwanni l-​Għammied iħabbar b’fiduċja: “Ara, il-​Ħaruf t’Alla li jneħħi d-​dnub tad-​dinja!” (Ġw. 1:29) Hekk kif Ġesù jivvjaġġa fis-​Samarija, il-​Galilija, il-​Lhudija, u lejn in-​naħa tal-​lvant tal-​Ġordan—jippriedka, jgħallem, u jwettaq għemejjel setgħanin—‘ħafna nies jiġu ħdejh u jpoġġu l-​fidi fih.’—Ġw. 10:41, 42.

Wieħed mill-​iktar mirakli li jispikkaw taʼ Ġesù hu l-​irxoxt taʼ Lazzru. Ħafna jpoġġu l-​fidi tagħhom f’Ġesù meta jaraw raġel li kien ilu mejjet erbat ijiem jerġaʼ jieħu l-​ħajja. Però, il-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej jiftiehmu biex joqtlu lil Ġesù. Għalhekk, Ġesù jitlaq u jmur “lejn reġjun ħdejn ix-​xagħri, f’belt jisimha Efrajm.”—Ġw. 11:53, 54.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

1:35, 40—Minbarra Indrì, min kien id-​dixxiplu wieqaf maʼ Ġwanni l-​Għammied? In-​narratur dejjem jirreferi għal Ġwanni l-​Għammied bħala “Ġwanni” u qatt ma jidentifika lilu nnifsu b’ismu fl-​Evanġelju tiegħu. Għalhekk, l-​isem tad-​dixxiplu jidher ċar li huwa Ġwanni, il-​kittieb taʼ l-​Evanġelju.

2:20—Liema tempju “nbena f’sitta u erbgħin sena”? Il-​Lhud kienu qed jirreferu għall-​bini mill-​ġdid tat-​tempju taʼ Żerubbabel mis-​Sultan Erodi tal-​Lhudija. Skond Ġużeppi Flavju, studjuż taʼ l-​istorja, ix-​xogħol beda fit-​18-il sena tar-​renju t’Erodi, jew fis-​sena 18/17 Q.E.K. Is-​santwarju tat-​tempju u bini prinċipali ieħor inbnew fi tmien snin. Madankollu, ix-​xogħol fuq il-​bini l-​ieħor konness mat-​tempju kien għadu għaddej sa wara l-​Qbiż tas-​sena 30 E.K., meta l-​Lhud qalu li nbena f’46 sena.

5:14—Jiġi l-​mard minħabba li nkunu kkommettejna dnub? Mhux bilfors. Ir-​raġel li fejjaq Ġesù kien ilu marid 38 sena minħabba l-​imperfezzjoni li wiret. (Ġw. 5:1-9) Dak li ried ifisser Ġesù kien li issa r-​raġel intwera ħniena, u għandu jimxi fit-​triq tas-​salvazzjoni u ma jerġax jidneb minn jeddu li ma jmurx tiġrilu xi ħaġa agħar mill-​mard. Ir-​raġel setaʼ jsir ħati taʼ dnub li ma jinħafirx, u b’hekk ikun jistħoqqlu l-​mewt mingħajr tama taʼ rxoxt.—Mt. 12:31, 32; Lq. 12:10; Ebr. 10:26, 27.

5:24, 25—Min huma dawk li ‘jgħaddu mill-​mewt għall-​ħajja’? Ġesù kien qed jitkellem dwar dawk li darba kienu mejtin spiritwalment imma li, malli semgħu kliemu, poġġew fidi fih u ma baqgħux mexjin fit-​triq midinba tagħhom. Huma ‘jgħaddu mill-​mewt għall-​ħajja’ minħabba li l-​kundanna tal-​mewt titneħħa minn fuqhom, u jingħataw it-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem minħabba l-​fidi tagħhom f’Alla.—1 Pt. 4:3-6.

5:26; 6:53—Xi jfisser li jkollok ‘il-​ħajja fik innifsek’? Għal Ġesù Kristu, dan ifisser li jirċievi mingħand Alla żewġ abbiltajiet speċifiċi—l-​abbiltà li jagħti lill-​bnedmin relazzjoni tajba maʼ Ġeħova u l-​qawwa li jagħti l-​ħajja billi jirxoxta lill-​mejtin. Għas-​segwaċi taʼ Ġesù, il-​fatt li jkollhom ‘il-​ħajja fihom infushom’ ifisser li jkollhom il-​ħajja fl-​iktar sens sħiħ. Il-​Kristjani midlukin jirċivuha meta jiġu rxoxtati għall-​ħajja fis-​sema. Dawk leali li għandhom it-​tama għall-​art se jesperjenzawha bis-​sħiħ biss wara li jgħaddu mit-​test finali li se jseħħ eżatt wara t-​tmiem tar-​Renju t’Elf Sena taʼ Kristu.—1 Kor. 15:52, 53; Riv. 20:5, 7-10.

6:64—Kien jaf Ġesù mill-​mument li għażel lil Ġuda l-​Iskarjota li Ġuda kien se jittradih? Milli jidher ma kienx jaf. Però, darba minnhom fis-​sena 32 E.K., Ġesù qal lill-​appostli tiegħu: “Wieħed minnkom hu kalunnjatur.” Jistaʼ jkun li sa dan iż-​żmien Ġesù kien innota f’Ġuda l-​Iskarjota li dan kien qabad il-​“bidu” taʼ triq ħażina.—Ġw. 6:66-71.

Lezzjonijiet Għalina:

2:4. Ġesù kien qed jindika lil Marija li bħala l-​Iben midluk u mgħammed t’Alla, hu kellu jieħu d-​direzzjoni mingħand Missieru tas-​sema. Għalkemm Ġesù kien għadu fil-​bidu tal-​ministeru tiegħu, hu kien jaf sew meta kellha tasal is-​siegħa, jew iż-​żmien, għax-​xogħol li ġie inkarigat biex jagħmel, inkluż il-​mewta taʼ sagrifiċċju tiegħu. Lanqas membru tal-​familja li kien qrib ħafna tiegħu, bħal Marija, ma setaʼ jindaħallu f’li jagħmel ir-​rieda t’Alla. Aħna għandna naqdu lil Alla Ġeħova b’determinazzjoni simili.

3:1-9. L-​eżempju taʼ Nikodemu, ħakkiem tal-​Lhud, jgħallimna żewġ lezzjonijiet. L-​ewwel, Nikodemu wera l-​umiltà u d-​dehen, u wera wkoll li kien konxju tal-​bżonn spiritwali tiegħu stess minħabba li rrikonoxxa lil iben taʼ mastrudaxxa bħala għalliem mibgħut minn Alla. Il-​Kristjani veri llum jeħtieġu l-​umiltà. It-​tieni, Nikodemu qagħad lura milli jsir dixxiplu meta Ġesù kien fuq l-​art. Jistaʼ jkun li dan kien minħabba l-​biżaʼ mill-​bniedem, minħabba li kellu qalbu marbuta mal-​pożizzjoni tiegħu fis-​Sinedriju, jew għax kien iħobb l-​għana. Minn dan nistgħu nitgħallmu tagħlima taʼ valur: Ma rridux inħallu inklinazzjonijiet bħal dawn iżommuna lura milli ‘nerfgħu z-​zokk tat-​tortura tagħna jum wara l-​ieħor u nibqgħu mexjin wara Ġesù.’—Lq. 9:23.

4:23, 24. Jekk irridu li l-​qima tagħna tkun aċċettabbli għal Alla, trid tkun fi qbil mal-​verità rivelata fil-​Bibbja u trid tkun gwidata mill-​ispirtu qaddis.

6:27. Biex naħdmu “għall-​ikel li jibqaʼ għall-​ħajja taʼ dejjem” irridu nagħmlu sforz biex nissodisfaw il-​bżonn spiritwali tagħna. Meta nagħmlu dan inkunu henjin.—Mt. 5:3.

6:44. Ġeħova jieħu ħsiebna personalment. Hu jiġbidna lejn Ibnu billi jilħaqna individwalment permezz tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar u billi jgħinna nifhmu u napplikaw il-​veritajiet spiritwali permezz taʼ l-​ispirtu qaddis Tiegħu.

11:33-36. M’hijiex dgħjufija li nuru l-​emozzjonijiet tagħna.

‘IBQAʼ MIEXI WARAJH’

(Ġwanni 11:55–21:25)

Hekk kif joqrob il-​Qbiż tas-​sena 33 E.K., Ġesù jmur lura Betanja. Fid-​9 taʼ Nisan, hu jmur Ġerusalemm, riekeb fuq felu taʼ ħmara. Fl-​10 taʼ Nisan, Ġesù jerġaʼ jmur fit-​tempju. It-​talba tiegħu biex isem Missieru jiġi glorifikat tiġi mwieġba permezz taʼ leħen mis-​sema li jgħid: “Jien igglorifikajtu u nerġaʼ nigglorifikah.”—Ġw. 12:28.

Waqt l-​ikla tal-​Qbiż, Ġesù jagħti xi pariri taʼ l-​aħħar lis-​segwaċi tiegħu u jitlob għan-​nom tagħhom. Wara li jiġi arrestat, mgħoddi ġuri, u mogħti l-​mewt billi jiġi msammar maʼ zokk, Ġesù jiġi rxoxtat.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

14:2—Ġesù kif kien se ‘jħejji post’ fis-​sema għas-​segwaċi leali tiegħu? Dan kien jinvolvi li l-​patt il-​ġdid taʼ Ġesù jintgħamel validu billi hu jidher quddiem Alla u jippreżentalu l-​valur taʼ demmu. It-​tħejjija kienet tinkludi wkoll il-​fatt li Ġesù jirċievi l-​qawwa taʼ sultan, u wara dan kien se jibda l-​irxoxt fis-​sema tas-​segwaċi midlukin tiegħu.—1 Tess. 4:14-17; Ebr. 9:12, 24-28; 1 Pt. 1:19; Riv. 11:15.

14:16, 17; 16:7, 8, 13, 14—Meta l-​Evanġelju taʼ Ġwanni jirreferi għall-​ajjutant, jew l-​ispirtu tal-​verità, għala bil-​Grieg isemmih bħala oġġett fi Ġwanni 14:16, 17, imma bħala persuna fi Ġwanni 16:7, 8, 13, 14? Ir-​raġuni hija strettament grammatikali. Bil-​lingwa Griega, li uża Ġwanni biex kiteb l-​Evanġelju tiegħu, il-​kelma “ajjutant” hija fil-​maskil, imma t-​terminu “spirtu” huwa newtrali. Għalhekk, meta kiteb l-​istqarrija taʼ Ġesù, Ġwanni uża l-​pronom maskili “hu,” meta rrefera għal dak li kellu jagħmel l-​ajjutant. Meta rrefera għalih bħala oġġett b’mod newtrali hu kien qed jirreferi għal dak li kien se jwettaq l-​ispirtu tal-​verità.

19:11—Kien Ġesù qed jirreferi għal Ġuda l-​Iskarjota meta kellem lil Pilatu dwar ir-​raġel li ta lil Ġesù f’idejh? Minflok ma kien qed jirreferi għal Ġuda jew għal xi ħadd speċifiku, donnu li Ġesù kellu f’moħħu lil dawk kollha li kellhom il-​ħtija tad-​dnub li joqtluh. Dawn kienu jinkludu lil Ġuda, “il-​qassisin ewlenin u s-​Sinedriju kollu,” u saħansitra “l-​folol” li ġew perswaduti biex jitolbu għall-​ħelsien taʼ Barabba.—Mt. 26:59-65; 27:1, 2, 20-22.

20:17—Ġesù għala qal lil Marija Maddalena biex ma tibqax imqabbda miegħu? Milli jidher Marija qabdet miegħu għaliex ħasbet li kien se jitlaʼ s-​sema u li qatt ma kienet se terġaʼ tarah. Biex jiżguraha li ma kienx se jitlaq għalissa, Ġesù qalilha biex ma tibqax imqabbda miegħu imma minflok tmur u tgħid lid-​dixxipli tiegħu bl-​aħbar taʼ l-​irxoxt tiegħu.

Lezzjonijiet Għalina:

12:36. Biex insiru “wlied id-​dawl,” jew dawwala, aħna rridu nieħdu għarfien eżatt mill-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Imbagħad, irridu nużaw dan l-​għarfien biex niġbdu lil oħrajn ’il barra mid-​dlam għal ġod-​dawl t’Alla.

14:6. M’hemm ebda mod ieħor kif jistaʼ jkollna l-​approvazzjoni t’Alla ħlief permezz taʼ Ġesù Kristu. Huwa biss billi neżerċitaw fidi f’Ġesù u nsegwu l-​eżempju tiegħu li nistgħu nersqu qrib lejn Ġeħova.—1 Pt. 2:21.

14:15, 21, 23, 24; 15:10. L-​ubbidjenza lejn ir-​rieda t’Alla se tgħinna biex nibqgħu fl-​imħabba t’Alla u fl-​imħabba taʼ Ibnu.—1 Ġw. 5:3.

14:26; 16:13. L-​ispirtu qaddis taʼ Ġeħova jgħallimna u jfakkarna dak li nkunu tgħallimna. Jaħdem ukoll biex jikxef il-​verità. Għalhekk, jistaʼ jgħinna biex inkabbru l-​għarfien, l-​għerf, id-​dehen, il-​ġudizzju, u l-​abbiltà tal-​ħsieb. Għal din ir-​raġuni għandna dejjem nipperseveraw fit-​talb, u nitolbu b’mod speċifiku għal dan l-​ispirtu.—Lq. 11:5-13.

21:15, 19. Pietru ġie mistoqsi jekk kienx iħobb lil Ġesù iktar minn “dawn,” jiġifieri, il-​ħut li kellu quddiemu. B’dan il-​mod, Ġesù enfasizza l-​bżonn li Pietru jagħżel li jsegwi lilu full-time minflok ma jagħżel karriera fis-​sajd. Wara li nikkunsidraw ir-​rakkonti taʼ l-​Evanġelju, jalla tissaħħaħ id-​determinazzjoni tagħna li nħobbu lil Ġesù iktar minn kwalunkwe ħaġa oħra li tistaʼ tkun attraenti għalina. Iva, ejja nibqgħu nsegwuh b’qalb sħiħa.

[Stampa f’paġna 31]

X’nistgħu nitgħallmu mill-​eżempju taʼ Nikodemu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja