LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 6/15 p. 32
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Oqgħod Attent li Ma Tużax il-Bibbja b’Mod Superstizzjuż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Ġesù—Is-​Sigriet Għal Ħajja Sinifikanti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Tħalli Xejn Ibiegħdek Minn Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 6/15 p. 32

X’TIFTAKAR?

Qrajt bir-​reqqa l-​ħarġiet reċenti taʼ It-​Torri tal-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

Xi wħud kif jużaw il-​Bibbja b’mod superstizzjuż, u aħna kif għandna nqisu dan?

Ħafna jemmnu li jekk jiftħu l-​Bibbja fejn ġie ġie, l-​ewwel vers li jaraw jgħidilhom x’għandhom jagħmlu. Il-​Kelma t’Alla tistaʼ tgħinna, imma għandna nużawha kif suppost. Il-​Bibbja mhix se tgħinna b’xi mod maġiku. Huwa l-​istudju tagħna mill-​Bibbja li jistaʼ jgħinna jkollna ħajja aħjar.—12/15, paġna 3.

Liema prinċipji għandhom bżonn iżommu f’moħħhom il-​Kristjani kollha bħala prokuraturi mill-​aħjar t’Alla? (1 Pt. 4:10)

“Bħala Kristjani, aħna t’Alla u rridu nagħtuh kont. Aħna lkoll nobdu l-​istess livelli bażiċi, u rridu nkunu leali u taʼ min jafdana.—12/15, paġni 10-​12.

X’inhi “d-​dinja” li se tgħaddi?

Id-​dinja” li se tgħaddi tirreferi għan-​nies kollha tad-​dinja li ħajjithom mhijiex fi qbil mar-​rieda t’Alla. (1 Ġw. 2:17) Il-​bnedmin leali u l-​art u se jsalvaw.—1/1, paġni 5-​7.

Għalkemm miet, Abel kif għadu jkellimna? (Ebr. 11:4)

Dan jagħmlu permezz tal-​fidi. Nistgħu nitgħallmu mill-​fidi tiegħu u nipprovaw nimitawha. L-​eżempju tiegħu għadu ħaj u taʼ min jimitah.—1/1, paġna 12.

F’liema oqsma fil-​ħajja m’għandna nħallu xejn ibegħedna minn Alla?

Ftit minn dawn l-​oqsma huma: l-​impjieg jew il-​karriera tagħna, ir-​rikreazzjoni u d-​divertiment li nagħżlu, l-​assoċjazzjoni tagħna maʼ membru tal-​familja maqtugħ mis-​sħubija, l-​użu tagħna tat-​teknoloġija moderna, it-​tħassib dwar saħħitna, il-​ħarsa żbaljata lejn il-​flus, u l-​fatt li nitkabbru u naħsbu li nifhmu iktar minn Ġeħova.—1/15, paġni 12-​21.

X’nistgħu nitgħallmu mill-​umiltà taʼ Mosè?

Minflok ma ħalla l-​awtorità titlagħlu għal rasu, Mosè straħ fuq Alla, mhux fuqu nnifsu. Qatt ma rridu nħallu l-​qawwa, l-​awtorità, jew l-​abbiltà naturali titlgħalna għal rasna; minflok, irridu nafdaw f’Ġeħova. (Prov. 3:5, 6)—3/1, paġna 5.

Xi jfisser li l-​Iżraelin ma kinux ‘ċirkonċiżi f’qalbhom’? (Ġer. 9:26)

Huma kienu ribellużi u rrifjutaw li jinbidlu u kellhom ineħħu kull ħsieb, xewqa, jew motiv li ġegħelhom jinjoraw il-​kmandamenti taʼ Ġeħova. (Ġer. 5:23, 24)—3/15, paġni 9-​10.

X’tinkludi l-​parti viżibbli tal-​organizzazzjoni t’Alla?

Tinkludi l-​Ġemgħa li Tiggverna, il-​kumitati tal-​fergħa, l-​indokraturi li jivvjaġġaw, il-​ġemgħat tal-​anzjani, il-​kongregazzjonijiet, u x-​Xhieda individwali.—4/15, paġna 29.

Ġesù kif kien eżempju taʼ xi ħadd li kellu ħajja sinifikanti?

Hu kellu skop f’ħajtu, dak li jagħmel ir-​rieda t’Alla. Kellu mħabba intensa għal missieru, u ħabb lin-​nies. B’hekk, kien jaf li kellu l-​imħabba u l-​approvazzjoni taʼ missieru. Dawn huma affarijiet essenzjali għal ħajja sinifikanti.—5/1, paġni 4-​5.

Kienu l-​Iżraelin joqtlu lill-​kriminali billi jdendluhom maʼ zokk?

Le. Ġnus oħrajn tal-​qedem kienu jagħmlu hekk imma l-​Iżraelin ma kinux. Għall-​inqas fi żmien l-​Iskrittura Ebrajka, bniedem li jkun għamel il-​ħażin l-​ewwel kien jinqatel, pereżempju bit-​tħaġġir. (Lev. 20:2, 27) Imbagħad il-​katavru setaʼ jiddendel maʼ zokk bħala twissija għal oħrajn.—5/15, paġna 13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja