LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 8/15 pp. 15-17
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom Minn Mindu Jkunu Trabi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom Minn Mindu Jkunu Trabi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-​ĠENITURI JEĦTIEĠU JIĠU ISTRUWITI
  • ‘UŻAW IL-​ĦIN BL-​AĦJAR MOD’
  • ‘L-​ULIED HUMA BĦAL VLEĠEĠ’
  • Ħarreġ lit-​Tfal Tiegħek mill-​Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Ġenituri, Ipproteġu l-Wirt Prezzjuż Tagħkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ġenituri—Rabbu lit-tfal iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Għallem lil Uliedek Iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 8/15 pp. 15-17

Ġenituri​—Ħarrġu lil Uliedkom Minn Mindu Jkunu Trabi

“ARA! Iben hu wirt mingħand Ġeħova; frott il-​ġuf hu premju,” tgħid il-​Bibbja. (Salm 127:3) Huwa żmien taʼ ferħ għall-​ġenituri meta titwieled tarbija.

Flimkien mal-​ferħ, it-​twelid taʼ tarbija jġib miegħu responsabbiltajiet importanti. Sabiex tarbija tikber u ssir adulta f’saħħitha, għandha bżonn ikel bnin fuq bażi regulari. Imma biex ikollha relazzjoni b’saħħitha maʼ Ġeħova, hi jkollha bżonn ukoll taħriġ u gwida mill-​ġenituri tagħha. Huma għandhom jgħallmuha prinċipji mill-​Kelma t’Alla. (Prov. 1:8) Meta għandu jibda taħriġ bħal dan, u fiex għandu jikkonsisti?

IL-​ĠENITURI JEĦTIEĠU JIĠU ISTRUWITI

Ikkunsidra l-​każ taʼ raġel jismu Manogħa li għex fil-​belt taʼ Sorgħa f’Iżrael tal-​qedem. L-​anġlu taʼ Ġeħova informa lill-​mara ħawlija taʼ Manogħa li kienet se tiled iben. (Mħ. 13:2, 3) Ir-​raġel leali Manogħa u martu kienu kuntenti ferm bl-​aħbar, iżda wkoll tħassbu dwar kif setgħu jagħmlu mill-​aħjar tagħhom biex irabbu lil binhom. Allura Manogħa talab: “Skużani, Ġeħova. Jekk jogħġbok, ħalli lir-​raġel taʼ l-​Alla l-​veru li għadek kif bgħatt jerġaʼ jiġi għandna u jagħtina istruzzjonijiet dwar x’għandna nagħmlu bit-​tifel li se jitwieled.” (Mħ. 13:8) Bla dubju, huma għallmu l-​Liġi t’Alla lil binhom Sansun u l-​isforzi tagħhom ħallew il-​frott. Il-​Bibbja tgħidilna li l-​ispirtu qaddis taʼ Ġeħova għen lil Sansun jagħmel affarijiet kbar bħala wieħed mill-​imħallfin taʼ Iżrael.—Mħ. 13:25; 14:5, 6; 15:14, 15.

Manogħa talab għal istruzzjonijiet dwar kif għandu jrabbi l-​iben li kien se jitwieled

Il-​ġenituri meta għandhom jibdew iħarrġu lil uliedhom? ‘Minn mindu kien tarbija,’ Timotju kien imħarreġ fil-​“kitba qaddisa” minn ommu Ewniċe u nanntu Lojs. (2 Tim. 1:5; 3:15) Iva, it-​taħriġ li ħa Timotju mill-​Iskrittura beda minn età żgħira ħafna.

Ikun għaqli li ġenituri Kristjani jitolbu għal direzzjoni u jippjanaw bil-​quddiem ħalli jkunu jistgħu jibdew iħarrġu lil uliedhom ‘minn mindu jkunu trabi.’ “Il-​pjanijiet tal-​ħabrieki żgur li jkunu taʼ vantaġġ għalih,” jgħid Proverbji 21:5. Qabel ma titwieled it-​tarbija tagħhom, bla dubju l-​ġenituri se jippreparaw b’attenzjoni. Saħansitra għandhom mnejn jagħmlu lista tal-​affarijiet kollha li se jkollhom bżonn għat-​tarbija. Ukoll, huwa importanti li jippjanaw għal attivitajiet spiritwali. Il-​mira tagħhom għandha tkun li jibdew dan it-​taħriġ hekk kif titwieled it-​tarbija.

Ktieb li jispjega kif it-​tfal jikbru u jsiru adulti jgħid li x-​xhur taʼ wara li titwieled tarbija huwa żmien li fih il-​moħħ jagħmel konnessjonijiet ġodda b’rata mgħaġġla. Allura huwa importanti ħafna li l-​ġenituri jużaw dan iż-​żmien biex jgħallmu lil uliedhom dwar Ġeħova u l-​prinċipji tiegħu!

Rigward bintha li għadha żgħira, omm u pijuniera regulari qalet: “Ilni niħodha miegħi fil-​ministeru mindu kellha xahar biss. Għalkemm ma setgħetx tifhem x’kien qed jiġri, nemmen li l-​fatt li kont noħroġha miegħi t’età żgħira swielha taʼ ġid. Sa meta kellha sentejn, mingħajr mistħija kienet toffri fuljetti lil dawk li niltaqgħu magħhom fis-​servizz tal-​għalqa.”

Il-​ġenituri jistaʼ jkollhom riżultati tajbin ħafna meta jħarrġu lil uliedhom minn meta jkunu trabi. Imma l-​ġenituri jafu wkoll li mhuwiex dejjem faċli li jagħmlu dan.

‘UŻAW IL-​ĦIN BL-​AĦJAR MOD’

Tistaʼ tkun sfida kbira għall-​ġenituri meta jkollhom tfal li m’għandhomx kwiet f’ġisimhom jew li ma jdumux jikkonċentraw. L-​attenzjoni taʼ tfal żgħar għandha mnejn iddur malajr minn fuq ħaġa għall-​oħra. Wara kollox, huma kurjużi u qed jipprovaw jiskopru d-​dinja taʼ madwarhom. X’jistgħu jagħmlu l-​ġenituri biex jgħinu lit-​tfal tagħhom jikkonċentraw fuq dak li qed jipprovaw jgħallmuhom?

Ikkunsidra x’qal Mosè. Dewteronomju 6:6, 7 jgħid: “Dan il-​kliem li qed nikkmandak illum irid ikun f’qalbek; u daħħlu sew f’qalb ibnek u tkellem dwaru meta toqgħod bil-​qiegħda f’darek u meta timxi fit-​triq u meta timtedd u meta tqum.” Il-​frażi “daħħlu sew f’qalb ibnek” tfisser li l-​ġenituri għandhom jirripetu frekwentement dak li jgħallmuh. Tifel żgħir hu bħal siġra żgħira li għandha bżonn ftit ilma frekwentement. Ladarba r-​ripetizzjoni tgħin lill-​adulti jiftakru affarijiet importanti, mela kemm iktar se tgħin lit-​tfal żgħar!

Sabiex it-​tfal jitgħallmu l-​verità t’Alla jirrikjedi li l-​ġenituri jqattgħu l-​ħin magħhom. Imma dan jistaʼ jkun diffiċli minħabba li l-​ġenituri spiss ikollhom ħafna x’jagħmlu. L-​appostlu Pawlu ssuġġerixxa lill-​Kristjani biex ‘jużaw il-​ħin bl-​aħjar mod’ għal attivitajiet essenzjali. (Efes. 5:15, 16) Dan kif jistaʼ jsir? Ħu li hu anzjan u li martu għandha ħafna x’tagħmel bħala pijuniera regulari għandu jippjana tajjeb ħalli jqattaʼ ħin biżżejjed biex iħarreġ lil binthom u ħin biżżejjed biex jappoġġa lill-​kongregazzjoni u jaħdem sekularment. Kif iwarrbu l-​ħin biex iħarrġu lil binthom? Il-​missier jgħid: “Kull filgħodu qabel ma mmur ix-​xogħol, jien u marti naqrawlha mill-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja jew mill-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum. Filgħaxija nagħmlu ċert li naqrawlha qabel ma tmur torqod, u meta noħorġu fil-​ministeru niħduha magħna. Ma rridux nitilfu l-​opportunità biex inħarrġuha minn età żgħira.”

‘L-​ULIED HUMA BĦAL VLEĠEĠ’

Bla dubju rridu li t-​tfal tagħna jikbru f’adulti responsabbli. Però, ir-​raġuni primarja għala nħarrġuhom hi biex f’qalbhom isiru jħobbu lil Alla.—Mk. 12:28-​30.

Salm 127:4 jgħid: “Bħal vleġeġ f’id raġel setgħan, hekk huma wlied iż-​żgħożija.” Għaldaqstant, it-​tfal jitqabblu maʼ vleġeġ li għandhom jiġu mmirati bi preċiżjoni lejn il-​mira. Arċier ikollu l-​vleġġa għal ħin qasir biss u ma jkunx jistaʼ jiħodha lura ladarba tkun telqet il-​qaws tiegħu. B’mod simili, il-​ġenituri għandhom it-​tfal magħhom għal żmien qasir biss qabel ma jsiru adulti. Għalhekk, huwa importanti li jużaw dan iż-​żmien biex jgħallmu lil uliedhom isegwu u jħobbu l-​liġijiet t’Alla.

Rigward it-​tfal spiritwali tiegħu, l-​appostlu Ġwanni kiteb: “M’għandix raġuni akbar minn din biex irrodd ħajr, li nismaʼ li wliedi jkomplu mexjin fil-​verità.” (3 Ġw. 4) Ġenituri Kristjani jistgħu jesprimu gratitudni simili meta jaraw lil uliedhom “ikomplu mexjin fil-​verità.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja