LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 8/15 p. 8
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Kif Għandna Nittrattaw lil Xi Ħadd Maqtugħ mis-Sħubija
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Uri l-Lealtà Kristjana Meta Qarib Ikun Maqtugħ mis-Sħubija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Ħobb lil Ġeħova Iktar mill-Familja
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Imita lill-Ħniena t’Alla Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 8/15 p. 8

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Ikun xieraq li ġenituri Kristjani joqogħdu bilqiegħda ħdejn binhom li jkun maqtugħ mis-​sħubija fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni?

M’għandniex għalfejn inkunu konċernati bla bżonn dwar fejn għandu joqgħod bilqiegħda xi ħadd maqtugħ mis-​sħubija fis-​Sala tas-​Saltna. Din ir-​rivista għamlet kull sforz biex tinkuraġġixxi lill-​ġenituri Kristjani sabiex jipprovdu għajnuna spiritwali lit-​tifela tagħhom maqtugħ mis-​sħubija li għadu jgħix id-​dar jekk dan ikun xieraq. Bħalma jidher f’paġni 19 u 20 tal-​ħarġa tat-​Torri tal-​Għassa bl-​Ingliż tal-​15 taʼ Novembru, 1988, il-​ġenituri jistgħu saħansitra jistudjaw il-​Bibbja maʼ tifel taħt l-​età legali li hu maqtugħ mis-​sħubija u li għadu jgħix magħhom. Hija t-​tama tagħna li t-​tifel b’hekk jingħata l-​inkuraġġiment bżonjuż biex jirranġa ħajtu.

Rigward l-​arranġamenti taʼ fejn wieħed għandu jpoġġi bilqiegħda fis-​Sala tas-​Saltna, mhix problema jekk tifel maqtugħ mis-​sħubija joqgħod bil-​kwiet ħdejn il-​ġenituri tiegħu. Ladarba mhuwiex meħtieġ li xi ħadd maqtugħ mis-​sħubija jpoġġi fuq wara tas-​sala, m’għandu jkun hemm ebda oġġezzjoni jekk tifel maqtugħ mis-​sħubija joqgħod bilqiegħda ħdejn il-​ġenituri tiegħu, joqogħdu fejn joqogħdu bilqiegħda. Hekk kif il-​ġenituri jieħdu ħsieb lit-​tifel spiritwalment, żgur li jridu jagħmlu ċert li hu qed jibbenefika mil-​laqgħat. F’dan ir-​rigward, jekk iżommu lit-​tifel ħdejhom minflok ma jħalluh bilqiegħda waħdu xi mkien ieħor jistaʼ jkun t’għajnuna.

Iżda xi ngħidu jekk tifel maqtugħ mis-​sħubija m’għadux jgħix mal-​ġenituri tiegħu? Ifisser li ma jistax joqgħod bilqiegħda ħdejhom? Fil-​passat, din ir-​rivista stqarret b’mod ċar l-​attitudni x-​xierqa li Kristjan għandu jistinka biex ikollu meta jassoċja maʼ qarib maqtugħ mis-​sħubija li ma jgħixx id-​dar.b Madankollu, is-​sitwazzjoni taʼ meta individwu maqtugħ mis-​sħubija joqgħod bil-​kwiet ħdejn il-​qraba tiegħu matul il-​laqgħat hu differenti ferm mis-​sitwazzjoni taʼ meta l-​qraba jfittxu li jqattgħu l-​ħin miegħu bla bżonn. Jekk il-​membri leali tal-​familja jkollhom l-​attitudni x-​xierqa lejn il-​qarib tagħhom maqtugħ mis-​sħubija u qed iħabirku biex isegwu l-​parir tal-​Iskrittura dwar is-​sħubija miegħu, ma jidhirx li jkun hemm għalfejn li wieħed jinkwieta.—1 Kor. 5:11, 13; 2 Ġw. 11.

Kemm jekk xi ħadd maqtugħ mis-​sħubija jpoġġi bilqiegħda ħdejn qarib u kemm jekk ipoġġi ħdejn xi membru ieħor tal-​kongregazzjoni, dan m’għandux jinkwetana dment li jġib ruħu sew. Skont iċ-​ċirkustanzi, jistgħu jinqalgħu diversi problemi jekk bniedem noqogħdu ngħidulu fejn għandu joqgħod bilqiegħda. Jekk dawk kollha preżenti, inkluż qraba leali, qed jistinkaw biex jirrispettaw il-​prinċipji Bibliċi li għandhom x’jaqsmu mal-​qtugħ mis-​sħubija, u mhuwiex qed ifixkel lill-​aħwa, m’hemmx għalfejn inħabblu moħħna dwar fejn joqogħdu bilqiegħda dawk li jattendu l-​laqgħat Kristjani.c

a Għalkemm dan l-​artiklu jirreferi għal wild taħt l-​età u li hu maqtugħ mis-​sħubija fil-​maskil, il-​punti japplikaw ukoll għal bniet.

b Ara It-​Torri tal-​Għassa bl-​Ingliż tal-​15 taʼ Settembru, 1981, paġni 29 u 30.

c Din l-​informazzjoni taġġorna dak li ġie pubblikat fit-​Torri tal-​Għassa bl-​Ingliż tal-​1 t’April, 1953, paġna 223.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja