LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 12/1 p. 11
  • “Ara! Qed Nagħmel Kollox Ġdid”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ara! Qed Nagħmel Kollox Ġdid”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Id-dmugħ misterjuż tiegħek
    Stenbaħ!—2014
  • X’Nistgħu Nitgħallmu mill-Fatt li Ġesù Beka?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Id-Dmugħ Tiegħek Hu Prezzjuż għal Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Liema Barkiet Hemm Jistennewhom lil Dawk li Jisimgħu Minn Alla?
    Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 12/1 p. 11

Ersaq Qrib Lejn Alla

“Ara! Qed Nagħmel Kollox Ġdid”

Tixtieq li int u l-​familja tiegħek tkunu f’saħħitkom u tgħixu ħajja twila? Tixxennaq biex tgħix f’dinja fejn l-​uġigħ, it-​tbatija, u l-​mewt ikunu affarijiet tal-​passat? Dinja bħal din mhijiex xi fantasija tal-​moħħ. Għall-​kuntrarju, dinja ġdida ġusta dalwaqt se ssir realtà, għaliex hekk ried Alla Ġeħova. Ara kif it-​twettiq tal-​iskop tiegħu hu deskritt f’​Rivelazzjoni 21:3-​5.—Aqra.

“[Alla] jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom.” (Rivelazzjoni 21:4) X’tip taʼ dmugħ se jixxotta? La d-​dmugħ taʼ ferħ u lanqas id-​dmugħ li jipproteġilna għajnejna. Il-​wegħda t’Alla tirreferi għad-​dmugħ li jkollna minħabba t-​tbatija u n-​niket. Alla mhux sempliċement se jixxotta dmugħ bħal dan; hu se jixxottah kompletament billi jneħħi l-​kaġun taʼ dmugħ li ma rridux—it-​tbatija u n-​niket.

“Ma jkunx hemm iżjed mewt.” (Rivelazzjoni 21:4) X’jikkaġuna dmugħ taʼ niket iktar mill-​għadu l-​mewt? Ġeħova se jeħles lill-​bnedmin ubbidjenti mill-​ħakma tal-​mewt. Kif? Billi jneħħi darba għal dejjem il-​kaġun veru tal-​mewt: id-​dnub li ntiret mingħand Adam. (Rumani 5:12) Ġeħova se jagħti l-​perfezzjoni lill-​bnedmin ubbidjenti fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa.a Imbagħad, il-​mewt, l-​aħħar għadu, “se tinġieb fix-​xejn.” (1 Korintin 15:26) Il-​bnedmin leali se jkunu jistgħu jgħixu bħalma Alla riedhom jgħixu—għal dejjem f’saħħa perfetta.

“Ma jkunx hemm iżjed . . . uġigħ.” (Rivelazzjoni 21:4) X’tip taʼ wġigħ ma jkunx iżjed? L-​uġigħ mentali, emozzjonali, u fiżiku kollu li ġie minħabba d-​dnub u l-​imperfezzjoni u li għamel il-​ħajja miżerabbli għal miljuni bla għadd taʼ nies mhux se jkun iżjed.

Ħajja mingħajr dmugħ, mewt, u wġigħ dalwaqt se ssir realtà. ‘Imma fejn?’ għandek mnejn tistaqsi. ‘Hija l-​wegħda t’Alla forsi dwar ħajja fis-​sema?’ Le. Ikkunsidra għala le. L-​ewwel, il-​wegħda tibda bil-​kliem “it-​tinda t’Alla hi mal-​bnedmin,” u l-​bnedmin fuq l-​art jgħixu. (Rivelazzjoni 21:3) It-​tieni, il-​wegħda tiddeskrivi dinja fejn “ma jkunx hemm iżjed mewt”—dinja fejn darba eżistiet il-​mewt iżda mhix se teżisti iktar. Il-​mewt qatt m’eżistiet fis-​sema, iżda ilha teżisti ħafna hawn fuq l-​art. Biċ-​ċar, mela, il-​wegħda t’Alla għal ħajja aħjar se titwettaq hawn fuq l-​art.

Alla se jixxotta d-​dmugħ kollu li xxerred minħabba t-​tbatija u n-​niket

Ġeħova jridna nemmnu fil-​wegħda tiegħu taʼ dinja ġdida ġusta. Eżatt wara li jiddeskrivi l-​barkiet li ġejjin, hu jiggarantixxi l-​wegħda tiegħu u jgħid: “Ara! Qed nagħmel kollox ġdid.” Imbagħad iżid: “Dan il-​kliem hu żgur u veru.” (Rivelazzjoni 21:5) Għala ma titgħallimx iktar dwar kif int u dawk li tħobb tistgħu tkunu fost l-​aduraturi ferħanin li se jaraw il-​wegħda t’Alla ssir realtà glorjuża?

Qari tal-​Bibbja għal Diċembru

1 Pietru 1-5; 2 Pietru 1-3; 1 Ġwanni 1-5; 2 Ġwanni 1-13; 3 Ġwanni 1-14; Ġuda 1-25–Rivelazzjoni 1-22

a Biex titgħallem iktar dwar is-​sagrifiċċju taʼ Kristu bħala fidwa, ara kapitlu 5 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja