LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 6/1 p. 3
  • Epidemija globali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Epidemija globali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • It-tipjip—Kif iqisu Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • X’Se Jgħinek Tieqaf Tpejjep?
    Stenbaħ!: Kif Tistaʼ Taqtaʼ s-Sigaretti
  • “Int Tistaʼ Taqtgħu ​—Aħna Rnexxielna!”
    Stenbaħ!—1998
  • Għala Tieqaf Tpejjep?
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 6/1 p. 3
Mijiet taʼ sigaretti ppostjati f’għamla taʼ pajjiżi fuq mappa tad-​dinja

SUĠĠETT PRINĊIPALI | IT-TIPJIP—KIF IQISU ALLA?

Epidemija globali

It-​tipjip hu qattiel bla heda.

  • Qatel 100,000,000 ruħ matul l-​aħħar seklu.

  • Jieħu xi 6,000,000 ħajja fis-​sena.

  • Bejn wieħed u ieħor, joqtol persuna kull sitt sekondi.

U ma jidhirx li se jieqaf.

L-​awtoritajiet jikkalkulaw li jekk l-​affarijiet ikomplu sejrin kif inhuma, sal-​2030, in-​numru taʼ mwiet kaġun tat-​tipjip se jitlaʼ għal iktar minn 8,000,000 fis-​sena. U jbassru li t-​tipjip se jkun ħa 1,000,000,000 ħajja sa tmiem is-​seklu 21.

Il-​vittmi tat-​tabakk mhumiex biss in-​nies li jpejpu. Inkluż magħhom hemm il-​membri tal-​familja li jħallu warajhom u dawn ibatu telf emozzjonali u finanzjarju. Ukoll hemm is-​600,000 persuna li jmutu kull sena, li avolja ma jpejpux, jieħdu d-​duħħan li jiġi mit-​tipjip taʼ ħaddieħor. Il-​piż tal-​ispejjeż li dejjem jiżdiedu għall-​kura tas-​saħħa jinfirex fuq kulħadd.

Għall-​kuntrarju t’epidemiji li jgħaġġlu lit-​tobba biex isibu kura, hemm ċans kbir li din il-​pjaga titfejjaq; is-​soluzzjoni kulħadd jafha. Dr. Margaret Chan, direttriċi-​ġenerali tal-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa, qalet: “L-​epidemija tat-​tipjip hi kollha kemm hi maħluqa mill-​bniedem, u tistaʼ titwaqqaf permezz tal-​isforzi magħqudin tal-​gvernijiet u tas-​soċjetà ċivili.”

Ir-​respons internazzjonali biex din il-​kriżi tas-​saħħa tiġi miġġielda qatt ma kien daqshekk qawwi. Minn Awwissu tal-​2012, xi 175 pajjiż qablu li jieħdu passi biex inaqqsu l-​użu tat-​tabakk.a Però, qawwiet b’saħħithom qed iġiegħlu l-​epidemija tkompli. Kull sena, l-​industrija tat-​tabakk tonfoq biljuni taʼ ewro fuq reklamar biex tiġbed klijenti ġodda, speċjalment minn fost nisa u adulti żgħażagħ f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Peress li t-​tabakk hu vizzjuż, nistgħu ngħidu li n-​numru taʼ nies li jmutu bih se jibqaʼ għoli, u hemm biljun ruħ li diġà qabdu l-​vizzju. Jekk dawk li issa jpejpu ma jiqfux, l-​imwiet se jiżdiedu ġmielhom fl-​erbgħin sena li ġejjin.

Ir-​reklamar tat-​tabakk u d-​dipendenza minnu jżommu lil ħafna fl-​iskjavitù taʼ vizzju li jixtiequ jaqtgħu. Din kienet l-​esperjenza taʼ Naoko. Hi bdiet tpejjep meta kienet għadha żagħżugħa. Kienet tħossha sofistikata meta kienet tikkopja kif kien jiġi rreklamat il-​vizzju fil-​midja. Minkejja li l-​ġenituri tagħha t-​tnejn mietu bil-​kanċer tal-​pulmun, hi kompliet tpejjep, anki meta kienet trabbi liż-​żewġt ibniet tagħha. “Kont konċernata li setaʼ jaqbadni l-​kanċer tal-​pulmun u inkwetata għas-​saħħa taʼ wliedi,” tammetti hi, “imma xorta ma stajtx naqtaʼ l-​vizzju. Kont naħseb li qatt ma stajt nieqaf inpejjep.”

Madankollu, Naoko rnexxielha tieqaf. Sabet il-​motivazzjoni biex tegħleb il-​vizzju tat-​tipjip mill-​istess sors li għen lil miljuni oħra jibqgħu ħelsin mit-​tabakk. X’inhu dan is-​sors? Jekk jogħġbok kompli aqra.

a Dawn il-​miżuri jinkludu l-​edukazzjoni tan-​nies dwar il-​perikli tat-​tipjip, il-​limitazzjoni tar-​reklamar tat-​tabakk, iż-​żieda tat-​taxxi fuq it-​tabakk, u li jiġu stabbiliti programmi biex jgħinu lin-​nies jaqtgħu t-​tipjip.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja