LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 8/1 p. 4
  • Alla qiegħed iħarsek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla qiegħed iħarsek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • Ismaʼ, Sir Af, u Uri Ħniena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • “Dramm Simboliku” taʼ Valur Għalina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Fittex il-Gwida t’Alla f’Kollox
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • “Dramm simboliku” b’tifsir għalina
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 8/1 p. 4

SUĠĠETT PRINĊIPALI | ALLA INTERESSAT FIK?

qiegħed iħarsek

“Għajnejh huma fuq l-​imġiba tal-​bniedem, u l-​passi kollha tiegħu jara.”—ĠOB 34:21.

[Stampa f’paġna 4]

Iżgħar ma tkun it-tarbija, iktar ikollha bżonn l-attenzjoni bi mħabba tal-ġenituri tagħha

GĦALA HEMM MIN JIDDUBITA: Skont studju reċenti, il-​galassja tagħna biss jistaʼ jkun fiha mill-​inqas 100 biljun pjaneta. Ladarba l-​univers hu immens, ħafna nies jistaqsu, ‘Il-​Ħallieq li jistaʼ kollox għala għandu joqgħod josserva dak li jagħmlu sempliċi bnedmin fuq pjaneta ċkejkna?’

X’TGĦALLEM IL-​KELMA T’ALLA: Alla mhux sempliċement tana l-​Bibbja u mbagħad tilef l-​interess fina. Pjuttost, Ġeħova jaċċertana: “Se nagħtik pariri u nżomm għajnejja fuqek.”—Salm 32:8.

Ikkunsidra lil Ħagar, mara Eġizzjana li għexet fis-​seklu 20 QK. Ħagar uriet diżrispett lejn min kien iħaddimha, Saraj, għalhekk Saraj umiljatha, u Ħagar ħarbet lejn ix-​xagħri. Issa li Ħagar żbaljat, tilef l-​interess fiha Alla? Il-​Bibbja tgħid: “L-​anġlu taʼ Ġeħova sabha.” Dak l-​anġlu assigura lil Ħagar billi qalilha: “Ġeħova semaʼ bis-​sofferenza tiegħek.” Ħagar imbagħad qalet lil Ġeħova: “Int Alla li jara.”—Ġenesi 16:4-​13.

L-​“Alla li jara” jgħasses fuqek ukoll. Biex nagħtu eżempju: Omm bi mħabba tgħasses speċjalment fuq uliedha żgħar, ladarba iżgħar ma tkun it-​tarbija, iktar ikollha bżonn l-​attenzjoni tal-​ġenituri tagħha. Bl-​istess mod, Alla jgħasses speċjalment fuqna meta nkunu dipressi u vulnerabbli. “Fl-​għoli u fil-​post qaddis ngħammar jien,” jgħid Ġeħova, imma wkoll “flimkien maʼ l-​imfarrak u dak bi spirtu umli, biex inqajjem mill-​ġdid l-​ispirtu taʼ l-​umli u nqajjem mill-​ġdid qalb l-​imfarrkin.”—Isaija 57:15.

Minkejja dan, għandu mnejn taħseb: ‘Alla kif jgħasses fuqi? Jiġġudikani skont l-​apparenza tiegħi, jew jara x’hemm fil-​qalb u verament jifhem min jien?’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja