LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 11/1 p. 3
  • Għala tinteressa ruħek fis-Saltna t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala tinteressa ruħek fis-Saltna t’Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • “Tiġi Saltnatek”—Talba Li Jgħiduha Miljuni taʼ Nies
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2020
  • Dak li Ġesù Għallem Dwar is-Saltna t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Profeti Foloz Illum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Is-Saltna t’Alla—X’Inhi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2020
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 11/1 p. 3
Nies minn pajjiżi differenti jitgħallmu dwar is-Saltna t’Alla

SUĠĠETT PRINĊIPALI | IS-​SALTNA T’ALLA—X’TISTAʼ TFISSER GĦALIK?

Għala tinteressa ruħek fis-​Saltna t’Alla?

Miljuni taʼ nies madwar id-​dinja jemmnu li s-​Saltna t’Alla hi r-​raġuni għala jistaʼ jkollhom tama għall-​futur. Huma jsegwu l-​eżempju li ħalla Ġesù, li għallem lis-​segwaċi tiegħu jitolbu: “Tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-​sema, hekkda fl-​art.”—Mattew 6:10, Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.

Filwaqt li ħafna nies huma interessati ħafna fis-​Saltna t’Alla, ħafna reliġjonijiet jidher li ftit jagħtu kasha. B’konnessjoni maʼ dan, l-​istorjografu H. G. Wells qal li Ġesù ta prominenza kbira lit-​tagħlim taʼ dik li sejħilha s-​Saltna tas-​sema, madankollu Wells qal li dan it-​tagħlim għandu ftit sinifikat meta mqabbel mat-​tagħlim tal-​biċċa l-​kbira tar-​reliġjonijiet Kristjani.

Għall-​kuntrarju taʼ dawn il-​knejjes, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jagħtu ħafna importanza lis-​Saltna t’Alla. Ikkunsidra dan: Ir-​rivista ewlenija tagħna li qed taqra int issa hi pubblikata f’220 lingwa. Jiġu stampati kważi 46 miljun kopja taʼ kull ħarġa, u dan jagħmilha l-​iktar rivista mqassma fid-​dinja kollha. U x’inhu l-​messaġġ ewlieni taʼ din ir-​rivista? Innota t-​titlu sħiħ tagħha: It-​Torri tal-​Għassa Jħabbar is-​Saltna taʼ Ġeħova.a

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għala jagħmlu tant sforz biex iħabbru, jew jirreklamaw, is-​Saltna t’Alla? L-​ewwel nett, nemmnu li s-​Saltna t’Alla hi l-​messaġġ prinċipali tal-​iktar ktieb importanti fid-​dinja—il-​Bibbja. Iżjed minn hekk, aħna konvinti li s-​Saltna t’Alla hi l-​unika soluzzjoni vera għall-​problemi li tħabbat wiċċha magħhom l-​umanità llum.

Meta jiġbdu l-​attenzjoni lejn is-​Saltna t’Alla, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jkunu qed jagħmlu ħilithom biex isegwu l-​eżempju taʼ Ġesù. Waqt li kien fuq l-​art, is-​Saltna t’Alla kienet l-​iktar ħaġa importanti fil-​ħajja taʼ Ġesù u l-​iktar tema importanti fil-​ministeru tiegħu. (Luqa 4:43) Is-​Saltna għala kienet tfisser daqshekk għal Ġesù? U x’tistaʼ tfisser għalik? Nistidnuk tikkunsidra t-​tweġibiet tal-​Bibbja kif jiġu diskussi fl-​artikli li ġejjin.

a Ġeħova hu l-​isem t’Alla kif muri fil-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja