LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 9/1 p. 16
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala nħalqu l-​bnedmin?
  • Alla X’Ħajja Jixtieq Għalina?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Il-Ħajja Għandha Skop Grandjuż
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 9/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

Il-​ħajja għandha skop?

Raġel u tarbija jħarsu lejn xi ħaġa fil-bogħod

Jidhirlek kultant li l-ħajja hi qasira wisq?

Qatt ħsibt jekk hemmx iżjed fil-​ħajja milli sempliċement tilgħab, taħdem, tiżżewweġ, trabbi familja, u tixjieħ? (Ġob 14:1, 2) Il-​Bibbja turi li saħansitra nies għorrief ħafna ħasbu dwar dan.—Aqra Ekkleżjasti 2:11.

Il-​ħajja għandha skop? L-​ewwel, irridu nistaqsu, Kif bdiet il-​ħajja? Wara li kkunsidraw id-​disinn rimarkevoli taʼ moħħna u l-​bqija taʼ ġisimna, ħafna kkonkludew li Ħallieq għaref ħalaqna. (Aqra Salm 139:14.) Jekk inhu hekk, bilfors li ħalaqna għal xi raġuni! Li nsiru nafu din ir-​raġuni jistaʼ jagħmel lil ħajjitna iktar sinifikanti.

Għala nħalqu l-​bnedmin?

Alla bierek lill-​ewwel koppja umana u tahom inkarigu eċċitanti. L-​iskop tiegħu għalihom kien li jimlew l-​art, jagħmluha ġenna, u jgħixu għal dejjem.—Aqra Ġenesi 1:28, 31.

L-​iskop t’Alla ġie pospost meta l-​bnedmin irribellaw kontra t-​tmexxija tiegħu. Imma Alla ma qatax qalbu minna—jew l-​iskop tiegħu. Il-​Bibbja tassigurana li Alla ilu jaħdem biex isalva nies leali u biex l-​iskop tiegħu għall-​art jitwettaq! Għalhekk, Alla jridek tesperjenza l-​ħajja kif riedha li tkun! (Aqra Salm 37:29.) Tgħallem mill-​Bibbja kif tistaʼ tkun parti mill-​iskop t’Alla.

Għal iżjed informazzjoni, ara kapitlu 3 taʼ dan il-​ktieb, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Disponibbli wkoll fuq www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja