LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 11/1 pp. 10-11
  • Issa nħoss li nistaʼ ngħin lil oħrajn

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Issa nħoss li nistaʼ ngħin lil oħrajn
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Il-ħajja mingħajr il-vista
    Stenbaħ!—2015
  • Insib il-Ferħ Minkejja d-Diżabilitajiet Tiegħi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 11/1 pp. 10-11

IL-​BIBBJA TBIDDEL IL-​ĦAJJIET

Issa nħoss li nistaʼ ngħin lil oħrajn

Kif rakkontata minn Julio Corio

  • SENA TAT-​TWELID: 1981

  • POST TAT-​TWELID: IL-​GWATEMALA

  • PASSAT: TFULIJA TRAĠIKA

IL-​PASSAT TIEGĦI:

Jien twilidt f’Acul, raħal iżolat fil-​muntanji tal-​Punent tal-​Gwatemala. Il-​familja tiegħi hi min-​nies Ixil, grupp etniku ġej mill-​Maja. Jien u nikber kont nitkellem bl-​Ispanjol u bil-​lingwa indiġena tagħna. L-​ewwel snin tal-​ħajja inzertaw mal-​perijodu aħrax taʼ 36 sena tal-​gwerra ċivili tal-​Gwatemala. Matul dan iż-​żmien ħafna Ixil mietu.

Julio Corio

Meta kelli erbaʼ snin, ħija taʼ sebaʼ snin kien qed jilgħab b’hand grenade li splodiet aċċidentalment. Minħabba dan l-​aċċident, tlift id-​dawl t’għajnejja; b’sogħba, ħija tilef ħajtu. Wara dan, qattajt tfuliti f’istitut għat-​tfal għomja fil-​Belt taʼ Gwatemala, fejn tgħallimt il-​Braille. Hemmhekk, għal raġunijiet li ma stajtx nifhem għalkollox, l-​istaff ma ħallinix nitkellem maʼ tfal oħra u sħabi l-​istudenti evitawni. Dejjem kont waħdi u kont nixxennaq għax-​xahrejn fis-​sena meta stajt inkun m’ommi, li dejjem kienet qalbha tajba u tagħder. B’sogħba, mietet meta kelli 10 snin. Ħassejtni bħal ras maqtugħa meta sirt naf li tlift l-​unika persuna fid-​dinja li kienet tħobbni.

Meta kelli 11-​il sena, erġajt mort ngħix f’raħal twelidi u bdejt ngħix maʼ ħija mill-​missier u l-​familja tiegħu. Huma ħadu ħsieb il-​bżonnijiet fiżiċi tiegħi imma ħadd ma setaʼ jgħinni emozzjonalment. Kultant, kont nistaqsi lil Alla b’leħen għoli: “Għala mietet ommi? Għala għamejt?” In-​nies qaluli li dawn it-​traġedji kienu bir-​rieda t’Alla. Wasalt għall-​konklużjoni li Alla bilfors li hu insensittiv u inġust. L-​unika raġuni li m’għamiltx suwiċidju kienet li ma kellix biex.

Minħabba li kont agħma, kont vulnerabbli fiżikament u emozzjonalment. Meta kont tifel, kont ġejt abbużat sesswalment diversi drabi. Qatt ma rrapportajt dawn il-​każi—kont naħseb li ħadd ma kien se jagħti kas. In-​nies rari kienu jitkellmu miegħi, u jien ma kont nitkellem maʼ ħadd. Kont maqtugħ għalija u dipress u ma kont nafda lil ħadd.

KIF IL-​BIBBJA BIDDLITLI ĦAJTI:

Meta kelli xi 13-​il sena, tnejn mix-​Xhieda taʼ Ġeħova (koppja miżżewġa) avviċinawni fil-​brejk tal-​iskola. Waħda mill-​għalliema tal-​iskola tiegħi, li kienet tħoss għalija, kienet talbithom iżuruni. Huma qaluli dwar il-​wegħda tal-​Bibbja li l-​mejtin se jiġu rxoxtati u li xi darba l-​għomja se jerġgħu jaraw. (Isaija 35:5; Ġwanni 5:28, 29) Dak li għallmuni għoġobni, imma kien diffiċli għalija li nitkellem magħhom, ladarba ma kontx imdorri nitkellem. Madankollu, minkejja li kont mistħi ħafna, bil-​paċenzja u qalb tajba baqgħu jżuruni biex jgħallmuni dwar il-​Bibbja. Din il-​koppja kellhom jimxu iżjed minn 10 kilometri u jgħaddu minn fuq muntanja biex iżuruni fir-​raħal tiegħi.

Ħija mill-​missier iddeskrivihomli bħala li kienu lebsin pulit imma ma kellhomx ħafna materjalment. Madankollu, dejjem urew interess personali fija, billi ġabuli rigali żgħar. Kont inħoss li l-​veri Kristjani biss kienu se juru sagrifiċċju personali bħal dan.

Studjajt il-​Bibbja bl-​għajnuna taʼ pubblikazzjonijiet bil-​Braille. Għalkemm intellettwalment kont nifhem dak li kont qed niġi mgħallem, xi affarijiet kienu diffiċli biex naċċettahom emozzjonalment. Pereżempju, batejt biex nemmen li Alla veru kien jimpurtah minni bħala persuna u li oħrajn, bħal Alla, setgħu verament jimpurtahom minni. Kont nifhem għala Ġeħova jippermetti l-​ħażen temporanjament imma kien diffiċli nqisu bħala Missier li veru jħobb.a

Bil-​mod il-​mod, dak li tgħallimt mill-​Iskrittura għenni nbiddel ħarsti. Pereżempju, tgħallimt li Alla jħoss empatija profonda għal dawk li jsofru. Rigward l-​aduraturi tiegħu li kienu qed jiġu maltrattati, Alla qal: “Bla dubju jien rajt is-​sofferenza tan-​nies tiegħi . . . naf tajjeb kemm qed isofru.” (Eżodu 3:7) Meta sirt napprezza l-​kwalitajiet teneri taʼ Ġeħova, tqanqalt biex niddedika ħajti lilu. Fl-​1998, tgħammidt bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

Julio Corio max-Xhud li l-familja tiegħu laqgħetu

Mal-ħu li l-familja tiegħu laqgħetni

Xi sena wara li tgħammidt, attendejt kors għall-​għomja qrib il-​belt taʼ Escuintla. Anzjan fil-​kongregazzjoni lokali sar jaf bl-​isfidi li kont qed niffaċċja biex nattendi l-​laqgħat waqt li kont qed ngħix f’raħal twelidi. L-​eqreb kongregazzjoni kienet in-​naħa l-​oħra taʼ dik l-​istess muntanja li l-​koppja Xhieda kellhom jgħaddu minn fuqha biex jistudjaw miegħi, u kien diffiċli għalija biex nagħmel il-​vjaġġ. Biex jgħinni, l-​anzjan sab familja Xhieda f’Escuintla li kienu lesti jilqgħuni f’darhom u jgħinuni nattendi l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. Sal-​lum jieħdu ħsiebi bħallikieku kont membru tal-​familja tagħhom stess.

Nistaʼ nsemmi ħafna iżjed eżempji tal-​imħabba ġenwina li l-​membri tal-​kongregazzjoni wrewni. Flimkien, dawn l-​esperjenzi jikkonvinċuni li bħala Xhud taʼ Ġeħova, jien qiegħed fost Kristjani veri.—Ġwanni 13:34, 35.

KIF IBBENEFIKAJT:

M’għadnix inħossni bla siwi u bla tama. Issa ħajti għandha skop. Bħala predikatur full-​time fix-​xogħol edukattiv Bibliku tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, niffoka fuq li ngħallem lil ħaddieħor veritajiet Bibliċi prezzjużi minflok ma noqgħod niffoka fuq id-​diżabilità tiegħi. Ukoll, għandi l-​privileġġ li naqdi bħala anzjan fil-​kongregazzjoni u nagħti taħditiet ibbażati fuq il-​Bibbja lill-​pubbliku fil-​kongregazzjonijiet lokali. Kelli saħansitra l-​privileġġ li nagħti taħditiet ibbażati fuq il-​Bibbja f’konvenzjonijiet fejn ikun hemm eluf taʼ nies preżenti.

Julio Corio jagħti taħdita f’kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova bl-użu tal-Bibbja bil-Braille tiegħu

Nagħti taħdita bil-Bibbja bil-Braille li għandi

Fl-​2010, iggradwajt mill-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali (issa msejħa l-​Iskola għall-​Evanġelizzaturi tas-​Saltna) li nżammet f’El Salvador. Din l-​iskola ppreparatni biex inwettaq aħjar ir-​responsabbiltajiet tiegħi fil-​kongregazzjoni. Li rċivejt dan it-​taħriġ għenni nħossni apprezzat u maħbub profondament minn Alla Ġeħova, li jistaʼ jikkwalifika lil kwalunkwe bniedem għax-​xogħol Tiegħu.

Ġesù qal: “Hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.” (Atti 20:35) Illum, nistaʼ verament ngħid li jien ferħan, u għalkemm qabel qatt ma immaġinajt li jistaʼ jkun possibbli, issa nħoss li nistaʼ ngħin lil oħrajn.

a Għal iżjed informazzjoni dwar għala Alla jippermetti l-​ħażen, ara kapitlu 11 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja