LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w19 Ġunju p. 31
  • “Jinfetaħ” skroll tal-qedem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Jinfetaħ” skroll tal-qedem
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Materjal Simili
  • Minn Skroll għal Kodiċi—Kif il-Bibbja Saret Ktieb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • “L-Għanja tal-Baħar”—Manuskritt li Jimla Vojt fl-Istorja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Kif Baqaʼ Jeżisti l-​Ktieb?
    Ktieb Għan-Nies Kollha
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
w19 Ġunju p. 31
Il-framment maħruq sew t’Ein Gedi; il-framment t’Ein Gedi li nqara mingħajr ma nfetaħ

“Jinfetaħ” skroll tal-qedem

Minn meta ġie skopert il-​framment maħruq sew t’Ein Gedi, fl-​1970, ma kienx possibbli li jinqara. Imma riċentement l-​iskenn 3-​D wera li dan l-​iskroll fih parti mill-​ktieb tal-​Levitiku, u li jinkludi l-​isem personali t’Alla

FL-​1970, xi arkeoloġi skoprew skroll maħruq  sew f’Ein Gedi, Iżrael, ħdejn il-​kosta tal-​Punent tal-​Baħar il-​Mejjet. Huma sabu l-​iskroll waqt li kienu qed iħaffru f’sinagoga li  nħarqet meta nqered il-​villaġġ, probabbilment bejn is-​sena 500 u 550 wara Kristu (WK). Il-​kundizzjoni tal-​iskroll għamlitha impossibbli li jinqara; lanqas saħansitra jinfetaħ mingħajr ma ssirlu ħsara. Madankollu, grazzi għat-​teknika tal-​iskennjar 3-​D, l-​iskroll kien bħallikieku “nfetaħ.” U bis-​saħħa taʼ digital imaging software ġdid, dak  li hemm miktub fl-​iskroll jistaʼ jinqara.

X’wera l-​iskenn? L-​iskroll hu test Bibliku. Dak li fadal mill-​iskroll fih xi versi mill-​bidu tal-​ktieb tal-​Levitiku. Dawn il-​versi fihom l-​isem personali t’Alla bl-​Ebrajk, fil-​forma tat-​Tetragrammaton. Milli jidher, dan l-​iskroll imur lura għaż-​żmien bejn is-​sena 50 u 400 WK, u b’hekk jagħmlu l-​eqdem skroll tal-​Iskrittura Ebrajka li ġie skopert wara r-​Rombli tal-​Baħar il-​Mejjet (Qumran). Fil-​gazzetta The Jerusalem Post, Gil Zohar jikteb li qabel ma setaʼ jinqara l-​framment tal-​ktieb tal-​Levitiku li nstab f’Ein Gedi, kien hemm differenza taʼ madwar 1,000 sena bejn l-​eqdem manuskritti tal-​Bibbja, li huma r-​Rombli tal-​Baħar il-​Mejjet (li nkitbu madwar is-​sena 100 qabel Kristu [QK]) u l-​manuskritti l-​qodma taʼ warajhom, li huma l-​Aleppo Codex (li nkitbu madwar is-​sena 930 WK). Skont l-​esperti, l-​iskroll t’Ein Gedi juri li t-​test tat-​Toraa “ma nbidilx matul l-​eluf taʼ snin li għaddew, u li l-​iżbalji tal-​kopisti ma biddlux it-​test.”

a L-​ewwel ħames kotba tal-​Bibbja (Ġenesi, Eżodu, Levitiku, Numri, u Dewteronomju) il-​Lhud isejħulhom it-​Tora.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja