LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/08 pp. 6-7
  • Ir-Regolarità fis-Servizz Iġġib Barkiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ir-Regolarità fis-Servizz Iġġib Barkiet
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Kun Regulari fis-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Laqgħat għas-Servizz tal-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Is-Servizz taʼ Pijunier—Jgħodd Għalik?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Laqgħat għas-servizz tal-għalqa li jwettqu x-xogħol tagħhom
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 12/08 pp. 6-7

Ir-​Regolarità fis-​Servizz Iġġib Barkiet

1 Hemm ħafna affarijiet li għandna nagħmlu regolarment biex nieħdu ħsieb is-​saħħa fiżika tagħna. Jekk dawn jiġu traskurati, se nsofru l-​konsegwenzi. Bl-​istess mod, jekk nonqsu milli nissodisfaw il-​bżonnijiet spiritwali tagħna regolarment, il-​fidi tagħna tistaʼ tiddgħajjef u nistgħu nsiru irregulari fl-​attività teokratika tagħna. Qegħdin nattendu l-​laqgħat regolarment u nżommu skeda taʼ studju persunali li żżommna b’saħħitna spiritwalment u armati biex inkunu ministri effettivi taʼ l-​aħbar tajba? (2 Tim. 3:16, 17; 2 Kor. 3:5, 6) Qegħdin nieħdu passi pożittivi biex nieħdu sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa fuq bażi regulari? Ilkoll ħadna pjaċir naraw quċċata taʼ 578 pubblikatur f’Malta f’Ġunju taʼ l-​2008. Milli jidher, xi wħud minn dawn il-​pubblikaturi kellhom diffikultà biex ikunu proklamaturi regulari tas-​Saltna għax pubblikatur wieħed minn kull sebgħa f’xi xhur ma rrapportax is-​sehem tiegħu fil-​ministeru. Aħna nemmnu li l-​inkuraġġiment li ġej jistaʼ jgħin biex titjieb is-​sitwazzjoni.

2 Is-​salmista kiteb: “Minn jum għal jum għidu l-​aħbar tajba taʼ salvazzjoni mingħandu.” (Salm 96:2) Ħafna minna forsi ma niħdux sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa kuljum, imma ma jkunx raġunevoli li nwarrbu ftit ħin għall-​ministeru kull ġimgħa jekk inhu possibbli? Għalkemm Pawlu rrikonoxxa li l-​fatt li ‘jxandar l-​aħbar tajba’ kien “bżonn” għalih, hu wkoll iddikjara b’ħerqa l-​aħbar tajba tas-​Saltna. (1 Kor. 9:16; Rum. 1:15) M’għandniex aħna wkoll inqisu s-​sehem tagħna fil-​ministeru kull ġimgħa kemm bħala bżonn kif ukoll bħala privileġġ kbir? Inħossuna aħna bħal Pietru u Ġwanni li b’enfasi ddikjaraw, “Aħna ma nistgħux nieqfu nitkellmu dwar dak li rajna u smajna”?—Atti 4:20.

3 Għal diversi raġunijiet, xi wħud minn ħutna ħallew xhur sħaħ jgħaddu mingħajr ma lanqas qattgħu siegħa waħda biss fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Dan jinkwetana għax huwa biss meta neżerċitaw il-​fidi billi naqsmu l-​aħbar tajba m’oħrajn li nistgħu nistennew li nibqgħu b’saħħitna spiritwalment. (Rum. 10:9, 10) Bħalma muskolu jeħtieġ li jintuża regolarment biex jibqaʼ b’saħħtu, hekk ukoll il-​fidi tagħna għandha bżonn tiġi eżerċitata biex tibqaʼ soda. Minħabba li nitkellmu m’oħrajn kontinwament dwar is-​Saltna, aħna nżommu l-​verità mqabbda fis-​sod fi qlubna.

4 Raġuni oħra għala għandna nesprimu pubblikament il-​fidi tagħna fuq bażi regulari hi li din isservi taʼ protezzjoni, bħal ilqugħ, kontra l-​isforzi bla waqfien taʼ Satana biex jinfed fl-​armatura spiritwali tagħna bil-​vleġeġ tan-​nar tiegħu. (Efes. 6:16) Jekk ma tużax l-​armatura u ma tiħux ħsiebha, din tistaʼ tissaddad u ma tibqax isservi taʼ protezzjoni. Wara li ddeskriva biċċa biċċa l-​armatura protettiva tagħna, Pawlu ħeġġeġ: “Ukoll, aċċettaw . . . is-​sejf taʼ l-​ispirtu, jiġifieri, il-​kelma t’Alla.” (Efes. 6:17) L-​armatura spiritwali protettiva u s-​sejf taʼ l-​ispirtu flimkien żgur li ma jistgħux jingħelbu.

5 Kull kongregazzjoni tistinka bi mħabba biex toffri għajnuna persunali lil dawk li, għal diversi raġunijiet, ma jiħdux sehem regulari fis-​servizz taʼ l-​għalqa. (Efes. 4:11-15) Kull indokratur tal-​grupp hu responsabbli li jgħin fil-​ġbir tar-​rapporti tas-​servizz taʼ l-​għalqa kull xahar. Se tingħata attenzjoni partikulari għall-​bżonnijiet spiritwali taʼ dawk li għandhom bżonn l-​għajnuna, billi l-​indokraturi tal-​grupp joffru personalment li jgħinuhom fil-​ministeru jew jirranġaw biex ħaddieħor jagħmel dan. U m’għandniex xi ngħidu, l-​indokratur tas-​servizz, li se jiġi megħjun mill-​indokratur tal-​grupp, se jkun minn taʼ quddiem biex jagħti l-​għajnuna ħalli jkun hemm inqas uħud irregulari fil-​kongregazzjoni. Qatt tinsa li kull wieħed u waħda minna għandu responsabbiltà persunali quddiem Ġeħova biex jieħu sehem regolarment fix-​xogħol li ġejna inkarigati bih.—Qabbel Salm 61:8.

6 Jekk inżommu lealment maʼ skeda li tippermettilna nieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa regolarment, se niġu mberkin bil-​kbir. Se ngawdu riżultati aħjar għaliex ir-​regolarità fis-​servizz taʼ l-​għalqa tgħinna niżviluppaw is-​sengħa meta nippreżentaw il-​messaġġ. L-​hena li dan iġibilna jqanqalna biex inkunu rridu nirsistu għal iktar privileġġi. Forsi int tistaʼ tagħmel il-​wisaʼ biex taqdi bħala pijunier awżiljarju u, maż-​żmien, tibda fis-​servizz taʼ pijunier regulari. L-​aħwa rġiel li spiss jieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa kull xahar jistgħu, maż-​żmien, jiġu mistidnin biex jaċċettaw iktar responsabbiltà fil-​kongregazzjoni. Tabilħaqq, ir-​regolarità fis-​servizz taʼ l-​għalqa ġġib il-​barkiet.

7 Jekk naħdmu f’unità “minn jum għal jum” biex nispiċċaw ix-​xogħol li Ġeħova inkarigana bih, se nesperjenzaw il-​ferħ li jiġi mill-​għoti u se niżviluppaw is-​saħħa spiritwali meħtieġa biex nissaportu sa l-​aħħar.—Atti 20:35; Mt. 24:13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja