LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/03 p. 7
  • Napprezzaw lill-Pijunieri

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Napprezzaw lill-Pijunieri
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Il-Barkiet tal-Ministeru Bħala Pijunier
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Il-Barkiet li Jiġu mill-Ministeru taʼ Pijunier
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Pijunieri Jgħinu lil Oħrajn
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Aġġustament fil-Ħtiġijiet tas-Sigħat għall-Pijunieri
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 5/03 p. 7

Napprezzaw lill-​Pijunieri

1 Dawk li jaħdmu flimkien għas-​Saltna taʼ Alla jsaħħu lil xulxin. (Kol. 4:11) Meta nikkunsidraw li x-​xogħol primarju tal-​kongregazzjoni Kristjana huwa li tippriedka l-​aħbar tajba, żgur li għandna għalxiex napprezzaw il-​ħaddiema full-time li għandna fostna.—Mk. 13:10; Rum. 16:2; Flp. 4:3.

2 B’mod indirett, il-​pijunieri jgħinu lill-​kongregazzjoni billi jaħdmu maʼ pubblikaturi b’inqas esperjenza f’aspetti differenti tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Dan jinkludi li jgħinu fl-​għoti taʼ xiehda bir-​rivisti, jippreparaw għaż-​żjajjar lura u jagħmluhom, u jibdew u jikkonduċu studji tal-​Bibbja b’mod effettiv. Barra minn hekk, il-​pijunieri jistgħu jagħtu eżempju billi bil-​kuraġġ jagħtu xiehda informali. L-​appoġġ tagħhom għall-​arranġamenti taʼ matul il-​ġimgħa għall-​għoti taʼ xiehda bħala grupp jagħtihom l-​opportunità biex jgħinu lil oħrajn. L-​influwenza pożittiva tagħhom fis-​servizz tistaʼ tinħass l-​iktar meta l-​pijunieri jagħtu l-​appoġġ tagħhom fis-​servizz taʼ l-​għalqa taʼ matul tmiem il-​ġimgħa, ġranet li fihom ikunu jistgħu joħorġu l-​biċċa l-​kbira mill-​pubblikaturi.

3 Il-​pijunieri jgħinu lill-​kongregazzjonijiet biex jaħdmu t-​territorju bir-​reqqa u taʼ spiss. Meta l-​pijunieri jqattgħu ħafna sigħat fit-​territorju billi jħallu l-​letteratura maʼ wħud interessati u jikkultivaw l-​interess—iħawlu u jsaqqu ż-​żrieragħ tal-​verità—iwassal għal territorju iktar produttiv.—1 Kor. 3:6.

4 Ħafna ġew inkuraġġiti biex jidħlu fis-​servizz full-time minħabba li qalbhom tqanqlet biż-​żelu u bl-​entużjażmu taʼ pijunieri leali. Minħabba li ma kienx hemm pijunieri fil-​kongregazzjoni tagħha, waħda oħt kienet ilha taħsibha biex issir pijuniera regulari. Iżda wara li ġiet inkuraġġita mill-​indokratur tas-​circuit, hi qabdet u applikat. Oħrajn malajr għamlu bħalha, u dik il-​kongregazzjoni issa għandha numru mdaqqas taʼ pijunieri żelużi.

5 Jistaʼ jkun hemm drabi meta l-​anzjani jitolbu lil xi pijunier biex jgħin lil xi ħadd li m’għadux joħroġ regolarment jew li sar inattiv. Din l-​għajnuna tistaʼ tinkludi wkoll studju tal-​Bibbja maʼ l-​individwu. Il-​fidi u ż-​żelu tal-​pijunier jistgħu jgħinu lil din il-​persuna biex terġaʼ tqanqal imħabbitha għall-​verità u jgħinuha terġaʼ tibda twettaq l-​obbligi tagħha bħala persuna dedikata.—1 Tess. 5:14.

6 Filwaqt li l-​pijunieri jagħmlu ħafna biex jinkuraġġixxu lil ħaddieħor, huma stess għandhom bżonn l-​inkuraġġiment biex ikunu jistgħu jkomplu fis-​servizz tagħhom bil-​ferħ. (Rum. 1:12) Titkellem b’mod pożittiv dwar il-​ministeru taʼ pijunier? Meta kien l-​aħħar li faħħart lil xi pijunier għax-​xogħol li jagħmel u għall-​ispirtu taʼ ssagrifikar li juri? Il-​pijunieri japprezzaw b’mod speċjali meta jkollhom lil xi ħadd li jkunu jistgħu jaħdmu miegħu fis-​servizz taʼ l-​għalqa f’dawk is-​sigħat tal-​ġurnata meta ftit pubblikaturi joħorġu. Tistaʼ toħroġ mal-​pijunieri u anki forsi tqattaʼ iktar ħin tappoġġa x-​xogħol taʼ l-​ippridkar?

7 B’liema mod ieħor tistaʼ tinkuraġġixxi lill-​pijunieri? Barra li tfaħħarhom, tistaʼ tesprimi apprezzament għal dawn il-​ħaddiema beżlin b’mod materjali billi taqsam xi ikla magħhom, minn jeddek tgħinhom fl-​ispejjeż taʼ l-​ivvjaġġar tagħhom, u b’modi oħra tappoġġahom kif tkun tistaʼ.—Qabbel l-​1 Tessalonikin 5:12, 13.

8 Flimkien maʼ l-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali li jipprovdu gwida fil-​kongregazzjoni, il-​pijunieri u l-​pubblikaturi se jagħtu l-​appoġġ tagħhom kollu għal arranġamenti tas-​servizz organizzati sew. B’hekk kollha kemm aħna se nkunu qegħdin nużaw id-​doni li għandna biex ‘naqdu għall-​ġid taʼ l-​oħrajn.’—1 Pt. 4:10, 11. (km-E 9/90)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja