LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/01 p. 3
  • Ibnu lil Xulxin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibnu lil Xulxin
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Konversazzjonijiet Spiritwali Jibnuna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Inkuraġġanti u Pożittiv
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Ninkuraġġixxu lil Xulxin fil-Ministeru
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Kif Nistgħu Nipprovdu Virtù lill-Fidi Tagħna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 5/01 p. 3

Ibnu lil Xulxin

1 Peress li qed ngħixu fi “żmien iebes,” ilkoll kemm aħna għandna bżonn l-​inkuraġġiment. (2 Tim. 3:1) Minħabba li kien jaf sew dwar il-​bżonn taʼ dan fi żmienu, Pawlu kien ħerqan biex juża l-​kuntatt li kellu maʼ ħutu bħala opportunità biex ‘iqawwu lil xulxin.’ Hu ħeġġeġ lil ħutu biex ‘ifittxu . . . dak li jservi għall-​edifikazzjoni taʼ xulxin.’ (Rum. 1:11, 12; 14:19) Dawn l-​isforzi rnexxew f’li “jagħmlu l-​qalb lid-​dixxipli u jħeġġuhom biex jibqgħu fil-​fidi.” (Atti 14:22) Aħna neħtieġu ħafna dan l-​inkuraġġiment illum.

2 Nistgħu nibnu lil oħrajn b’dak li ngħidu. Kliemna jistaʼ jkun “bħal tuffieħ tad-​deheb fuq platt tal-​fidda” meta jintuża kif jixraq. (Prov. 25:11) Billi nieħdu sehem fil-​laqgħat, aħna nkunu qed ‘nagħmlu l-​qalb lil xulxin.’ (Lhud 10:25) Ilsienna nistgħu nużawh b’mod pożittiv meta nirrakkontaw xi esperjenzi, ngħidu prosit lil xi ħadd, jew nitkellmu fuq affarijiet spiritwali. Meta nużaw ilsienna b’mod daqshekk tajjeb se jkun “jedifika . . . , kliem li jagħmel il-​ġid lil min jisimgħu.”—Efes. 4:29.

3 Tkellem fuq Affarijiet li Jibnu: Fl-​iskrittura taʼ Filippin 4:8, Pawlu pprovdielna gwida li turina kif għandna nitkellmu. Hu qal li għandna naħsbu f’kulma hu veru, f’kulma hu xieraq, f’kulma hu ġust, f’kulma hu safi, f’kulma jiġbed l-​imħabba, f’kulma jistħoqqlu l-​ġieħ, f’kulma hu virtù, f’kulma ħaqqu t-​tifħir. Nistgħu nkunu ċerti li kulma ngħidu se jkun veru u taʼ benefiċċju għal oħrajn jekk dan ikun ibbażat fuq il-​Kelma t’Alla. (Ġw. 17:17) Id-​dedikazzjoni Kristjana tagħna, dak li nitgħallmu fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, il-​mod kif aħna nwettqu bis-​sħiħ il-​ministeru tagħna, u affarijiet bħal dawn huma xierqa jew taʼ tħassib serju. Konversazzjonijiet pożittivi dwar il-​livelli u l-​prinċipji tal-​Kelma t’Alla żgur se jgħinuna nsiru wħud li jkollna “l-​għerf li jwassal għas-​salvazzjoni.” (2 Tim. 3:15) Nistgħu nesprimu l-​apprezzament tagħna lejn il-​kondotta safja taʼ dawk li qegħdin ġo l-​organizzazzjoni nadifa taʼ Jehovah. Nistgħu nfaħħru l-​atti taʼ qalb tajba mimlijin imħabba li jagħmlu ħutna. (Ġw. 13:34, 35) Affarijiet li jistħoqqilhom il-​ġieħ jinkludu l-​kwalitajiet tajbin Kristjani tal-​fidi, l-​hena, is-​sliem, u s-​sabar fit-​tul li naraw f’ħutna. Li nitkellmu fuq affarijiet taʼ virtù u li ħaqqhom tifħir huwa ‘għall-​ġid’ t’oħrajn.—Rum. 15:2.

4 Kuljum inħabbtu wiċċna maʼ ħafna ansjetajiet taʼ din id-​dinja li jaqtgħulna qalbna. Kemm huwa taʼ serħan li nwarrbu dawn l-​affarijiet fil-​ġenb u naqsmu sħubija mimlija mħabba maʼ ħutna! Il-​ħin prezzjuż li nistgħu nqattgħu flimkien huwa teżor li għandna ngħożżu. Jekk aħna dejjem lesti biex nibnu u ninkuraġġixxu lil oħrajn, huma se jkunu verament jistgħu jgħidu dwarna: “Serrħuli l-​ispirtu tiegħi.”—1 Kor. 16:18, Karm Żammit.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja