Aħbarijiet Teokratiċi
Albanija: Bis-600 pubblikatur li rrapportaw għal Awissu ntlaħqet quċċata għal 28 xahar wara l-ieħor.
Angola: In-numru taʼ 26,129 pubblikatur li bih intemmet is-sena taʼ servizz kien l-akbar wieħed li qatt intlaħaq. Kien hemm ukoll quċċata taʼ 1,309 pijunieri regulari. Il-pubblikaturi kellhom medja taʼ iktar minn 15-il siegħa u żewġ studji tal-Bibbja f’Awissu.
Britannja: B’ferħ nirrapportaw li għall-ewwel darba lħaqna total taʼ 132,440 pubblikatur f’Awissu. Dan jirrappreżenta żjieda taʼ 2 fil-mija fuq l-aħħar sena taʼ servizz.
Ċilì: Matul ix-xahar t’Awissu ntlaħqet figura rekord fil-għadd taʼ pubblikaturi, b’total taʼ 50,283! Għall-ewwel darba nqabżet iċ-ċifra taʼ 50,000. Il-pubblikaturi qattgħu medja taʼ 12-il siegħa fis-servizz taʼ l-għalqa. Tmexxew total taʼ 63,732 studji tal-Bibbja fid-djar.