LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/96 p. 7
  • Kaxxa Għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa Għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Kif Nagħmlu Dixxipli Bil-Ktieb Għarfien
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • L-Umanità Teħtieġ l-Għarfien Dwar Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Ħarsa Progressiva Lejn Ix-xogħol Urġenti Ta’ Li Nagħmlu Dixxipli
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 5/96 p. 7

Kaxxa Għall-​Mistoqsija

◼ Meta nirċievu l-​ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem bil-​Malti, kemm għandu jdum studju tal-​Bibbja?

L-Our Kingdom Ministry taʼ Settembru taʼ l-​1993 irrikmandat li studju tal-​Bibbja fid-​dar jitkompla maʼ wħud ġodda li juru interess sakemm ikunu ġew studjati żewġ kotba. Issa li għandna l-​ktieb Għarfien, jidher li nagħmlu tajjeb jekk nagħmlu tibdil f’din il-​proċedura, kif muri f’paġni 8 u 9, fil-​ħarġa taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Frar, 1996 (w96 1/15 p. 13, 14).

Il-ktieb Għarfien huwa maħsub biex jgħin lil dawk “disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem” biex jitgħallmu dak li għandhom bżonn ikunu jafu sabiex jagħmlu dedikazzjoni lejn Jehovah u jiġu mgħammdin. (Atti 13:48) Għalhekk, wara li titlesta din il-​pubblikazzjoni ġdida, mhux se jkun hemm għalfejn li jiġi studjat ktieb ieħor maʼ l-​istess student. Hekk kif l-​istudenti tiegħek tal-​Bibbja jibdew iħaddnu l-​verità, int tistaʼ tinkuraġġihom b’mod progressiv biex ikomplu jtejbu l-​għarfien tagħhom billi jattendu l-​laqgħat tax-​Xhieda taʼ Jehovah kif ukoll billi jaqraw il-​Bibbja u diversi pubblikazzjonijiet Kristjani.

Jekk int familjari għall-​aħħar mal-​mistoqsijiet f’paġni 175 sa 218 tal-​ktieb Organized to Accomplish Our Ministry, dan jistaʼ jkun t’għajnuna. Għalkemm int m’għandekx tirreferi għal dawn il-​mistoqsijiet jew tirrevedihom maʼ l-​istudent tal-​Bibbja, ikun tajjeb jekk tenfasizza punti fil-​ktieb Għarfien li bihom l-​istudent ikun kapaċi jesprimi fehma xierqa tal-​veritajiet bażiċi tal-​Bibbja meta l-​anzjani jirrevedu l-​mistoqsijiet mal-​kandidati għall-​magħmudija.

M’hemmx bżonn li żżid maʼ l-​informazzjoni fil-​ktieb Għarfien, billi ddaħħal materjal li mhux fil-​ktieb jew argumenti oħrajn biex tappoġġja tagħlim Bibliku jew biex turi li m’hemmx provi għal duttrini foloz. Dan se jservi biss biex l-​istudju jieħu perijodu itwal taʼ żmien. Minflok, huwa ttamat li l-​ktieb jiġi mgħoddi x’aktarx malajr, forsi f’madwar sitt xhur. Dan jenfasizza l-​bżonn li nistudjaw il-​materjal bir-​reqqa minn qabel sabiex inkunu nistgħu nippreżentawh b’mod ċar u konċiż, infittxu l-​iskritturi ċċitati, u nirsistu biex nindunaw b’mod ċar x’qiegħed jgħallem il-​ktieb f’kull kapitlu.

It-Torri Taʼ L-​Għassa enfasizza l-​bżonn li x-​Xhieda taʼ Jehovah jikkonduċu għadd akbar taʼ studji tal-​Bibbja effettivi f’perijodu iqsar taʼ żmien. (Ara Isaija 60:22.) Użu effettiv tal-​ktieb Għarfien jistaʼ jgħin lil uħud ġodda biex jiksbu l-​għarfien li jwassal għall-​ħajja taʼ dejjem u jaġixxu fuqu.​—Ġwn. 17:3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja