Ibqgħu Tkellmu L-Verità
1 L-appostli ddikjaraw: “Ma nistgħux nieqfu milli nitkellmu dwar l-affarijiet li rajna u smajna.” (Atti 4:20) Illum aħna wkoll irridu nibqgħu nitkellmu l-verità. Għalkemm it-tqassim taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa bil-Malti u bl-Ingliż u l-Awake! huwa mezz biex insibu lil dawk li se jisimgħu, irridu nerġgħu mmorru lura jekk irridu ngħallmu lil uħud interessati iktar dwar il-verità.
2 Meta nkunu se mmorru lura fejn ħallejna “l-Awake!” speċjali t’April bis-suġġett “When Wars Will Be No More” (Meta L-Gwerer M’humiex Se Jkunu Iktar), tistaʼ tintroduċi studju tal-Bibbja billi tistaqsi:
◼ “L-aħħar darba, tkellimna dwar il-gwerer tal-ġnus u s-sehem tar-reliġjon fihom. Kont indunajt li ġrajjiet bħal dawn jagħtu prova ċara li qegħdin ngħixu fiż-żmien li l-Bibbja ssejjaħlu l-aħħar jiem? [Uri l-ktieb Tgħix Għal Dejjem. Mur f’Kapitlu 18 u uri s-sinjali mniżżlin f’paġni 150-153. Aqra paragrafu 6.] Dan il-ktieb jispjega dan is-suġġett flimkien maʼ ħafna oħrajn imniżżlin hawn fil-werrej. [Uri paġni 5 u 6.] Liema minn dawn is-suġġetti jinteressawk b’mod partikulari? [Agħti ħin għal tweġiba - mur f’dak il-kapitlu partikulari.] Jekk nistaʼ, nixtieq nurik kif dan il-ktieb jistaʼ jgħinek tikseb fehma taʼ dan is-suġġett Bibliku importanti.” Jekk iħalluk, ibda studju f’dak il-kapitlu partikulari.
3 Jekk wegħedt li terġaʼ tmur lura u tispjega kif inhu possibbli li ngawdu ħajja fis-sigurtà issa, tistaʼ forsi tgħid xi ħaġa bħal din:
◼ “Meta ltqajna l-ewwel darba, qsamt miegħek silta mill-Bibbja li tagħtina raġuni għalfejn inkunu ottimisti dwar il-futur tal-bniedem. Illum nixtieq niġbed l-attenzjoni tiegħek lejn xi ħaġa li turi min hu dak li jistaʼ jagħtina sens taʼ sigurtà issa stess.” Aqra Salm 4:8. Mur f’paragrafu 11, paġna 10, fil-ktieb Tgħix Għal Dejjem. Aqra l-ewwel żewġ sentenzi. Uri l-istampi f’paġni 11-13. Kompli aqra l-bqija taʼ paragrafu 11. Imbagħad staqsi: “Tieħu gost jekk ikollok studju tal-Bibbja fid-dar b’xejn li juri ċar kif int ukoll tistaʼ ssib dan it-tip t’hena u sigurtà fil-ħajja tiegħek?” Jekk it-tweġiba hija iva, ibda fil-bidu taʼ kapitlu 1.
4 Biex iżżid mar-rotta bir-rivisti tiegħek lil dawk li magħhom ħallejt l-“Awake!” tat-22 taʼ Mejju tistaʼ tipprova din l-introduzzjoni:
◼ “Kont tidher ħerqana mhux ħażin biex taqra r-rivista Awake! li ħallejtlek fuq is-suġġett taʼ meta wieħed jiġi ttantat sesswalment fuq il-post tax-xogħol. Sibtu xejn interessanti l-materjal? [Stenna tweġiba.] Nies li regolarment jaqraw l-Awake! taʼ spiss jgħidu kemm japprezzaw kif dan jittratta b’mod imparzjali u bir-reqqa suġġetti importanti bħal dawn. Naħseb li se ssib li dan huwa minnu wkoll dwar din l-aħħar ħarġa. [Irreferi fil-qosor għall-istorja konnessa maʼ l-istampa taʼ quddiem.] Tixtieq taqraha?”
5 Tistaʼ tagħmel offerta diretta taʼ studju fuq iż-żjara lura billi tgħid:
◼ “Aħna nqassmu r-rivisti tagħna madwar id-dinja biex ninformaw lin-nies maʼ kullimkien dwar dak li tgħallem il-Bibbja. Jekk l-individwi japprezzaw dak li jitgħallmu, noffru studju tal-Bibbja fid-dar b’xejn. [Irreferi għall-kaxxa ‘Tieħu Gost Bi Żjara?’ fuq il-qoxra taʼ wara taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa.] Aħna nużaw dan il-ktieb, Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art, bħala gwida. Ħalli nurik fil-qosor kif isir studju.”
6 Jekk nibqgħu nitkellmu l-verità, nistgħu nkunu ċerti li se jkun hemm xi ftit li se jisimgħu u jwieġbu b’mod favorevoli.—Mark 4:20.