Se Nistudjaw Il-Ktieb L-Hena Fil-Familja
Tieħdu pjaċir li ssiru tafu li mill-ġimgħa li tibda mis-6 t’Ottubru, 1997, se nikkunsidraw il-ktieb Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni. Ħadd m’għandu jitlef l-istudju bħala grupp taʼ din il-gwida Skritturali prattika għal ħajja tal-familja hienja. L-iskeda taʼ l-istudju se tħalli lok għal eżaminar bir-reqqa taʼ kull paragrafu u test Bibliku fil-ktieb.
L-ewwel kapitlu se jiġi kkunsidrat kollu kemm hu fl-ewwel ġimgħa taʼ l-istudju, peress li fih ftit skritturi li m’humiex ikkwotati. Għall-istess raġuni, kapitlu 15 se jiġi kkunsidrat f’sessjoni waħda. Madankollu, il-kapitli l-oħrajn kollha se jinqasmu f’żewġ partijiet, b’madwar nofs il-kapitlu mgħoddi kull ġimgħa. B’hekk, se jkollna biżżejjed ħin biex naqraw u niddiskutu l-iskritturi ċitati kollha, kif ukoll biex neżaminaw l-applikar taʼ l-iskritturi kwotati kollha f’kull paragrafu.
Aspett importanti taʼ l-istudju se jkun diskussjoni tal-materjal fil-kaxxa tat-tagħlim fit-tmiem taʼ kull kapitlu. Għalhekk, għandu jitwarrab biżżejjed ħin biex jiġu kkunsidrati l-mistoqsijiet u l-iskritturi ċitati fil-kaxxa.
Dawk li jikkonduċu l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni huma mħeġġin biex jagħtu attenzjoni speċjali għall-preparazzjoni tagħhom taʼ l-istudju u biex jinkuraġġixxu lil dawk kollha assenjati lill-grupp tagħhom, inklużi wħud ġodda, biex jippreparaw tajjeb, jattendu regolarment u jipparteċipaw.—om 74-6.