L-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku Għall-1998
Li wieħed jiġi mħarreġ ifisser li jiġi “mgħallem jew istruwit f’għarfien jew sengħa speċifika.” Permezz taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku, qegħdin niġu mħarrġin kontinwament fl-għarfien t’Alla. Ukoll, is-sehem tagħna f’din l-iskola jagħtina l-opportunità li niżviluppaw l-abbiltajiet tagħna li nitkellmu u ngħallmu. Il-programm taʼ l-iskola għall-1998 se jagħtina ħafna opportunitajiet biex nimxu iktar ’il quddiem spiritwalment.
Hekk kif tifli l-iskeda taʼ l-iskola għas-sena d-dieħla, se tinnota li xi kultant l-Inkarigu Nru. 3 se jkun ibbażat fuq karattru Bibliku skond ma jinstab fil-volumi taʼ l-Insight. Iktar minn hekk, il-ktieb L-Hena Fil-Familja ġie miżjud mal-kurrikulu għall-1998, u l-Inkarigi Nru. 3 u Nru. 4 se jgħadduh progressivament. Kulmeta l-ktieb L-Hena Fil-Familja jkun il-bażi taʼ l-Inkarigu Nru. 4, il-ħu għandu jagħtih bħala taħdita lill-kongregazzjoni. U, bħala tfakkira, ħadd fil-programm taʼ l-iskola m’għandu jaqbeż il-ħin.
Aspett Ġdid: Għall-benefiċċju persunali tagħna, tpoġġiet fil-parentesi “Skeda Għall-Qari Tal-Bibbja Supplimentari” wara n-numru taʼ l-għanja għal kull ġimgħa. Għalkemm l-ebda partijiet mill-programm taʼ l-iskola għal kull ġimgħa m’huma bbażati minn fuqha, agħmilha l-mira tiegħek li ssegwiha. Dan se jgħinek biex tieħu d-drawwa li taqra l-Bibbja kuljum jekk m’intix diġà qiegħed tagħmel hekk.
Għal iktar tagħrif dwar inkarigi, pariri, u reviżjonijiet bil-miktub, jekk jogħġbok aqra sew l-istruzzjonijiet misjubin fl-“Iskeda Taʼ L-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku Għall-1998,” u kif ukoll paġna 3 taʼ Il-Ministeru Tas-Saltna t’Ottubru 1996.
Jekk għadek m’intix miktub fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku, nistidnuk biex tinkiteb issa. Din l-iskola unika qed ikompli jkollha rwol importanti f’li tħarreġ qaddejja umlin u devoti taʼ Jehovah biex isiru kkwalifikati aħjar bħala l-ministri tiegħu.—1 Tim. 4:13-16.