Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ X’nistgħu nagħmlu biex intejbu l-effettività tal-laqgħat tagħna?
Xi wħud għandhom mnejn ikunu inklinati li jħossu li l-anzjani u l-qaddejja ministerjali biss huma responsabbli għas-suċċess tal-laqgħat tal-kongregazzjoni għaliex huma jikkonduċuhom u jkollhom il-biċċa l-kbira tal-partijiet fihom. Verament, ilkoll kemm aħna nistgħu nikkontribwixxu personalment lejn laqgħat interessanti u taʼ benefiċċju. Nistgħu ngħinu f’li nagħmlu l-laqgħat iktar effettivi bil-għaxar modi li ġejjin:
Ipprepara bil-quddiem. Meta nippreparaw tajjeb, il-laqgħat jolqtulna l-interess tagħna. Meta lkoll kemm aħna nagħmlu hekk, il-laqgħat ikunu iktar ħajjin u iktar edifikanti. Attendi regolarment. Attendenza għolja hija iktar inkuraġġanti għal kulmin ikun preżenti, billi ssaħħaħ l-apprezzament għall-importanza taʼ l-attendenza. Asal fil-ħin. Jekk inkunu bil-qiegħda qabel jibda l-programm, nistgħu ningħaqdu fl-għanja u t-talba tal-ftuħ u b’hekk nirċievu l-benefiċċju massimu mil-laqgħa. Ejja mgħammar tajjeb. Billi nġibu l-Bibbja tagħna u l-pubblikazzjoni(jiet) użati waqt il-laqgħa, nistgħu nsegwu u nifhmu iktar dak li jkun qed jiġi diskuss. Evita d-distrazzjonijiet. Nistgħu nisimgħu aħjar meta npoġġu bil-qiegħda fuq quddiem. Tfesfis u li spiss noqogħdu ġejjin u sejrin it-tojlit jistaʼ jtellef il-konċentrazzjoni tagħna u taʼ oħrajn. Kun parteċipant/a. Meta iktar minna ngħollu jdejna u nikkummentaw, iktar uħud jiġu inkuraġġiti u jinbnew mill-espressjonijiet taʼ fidi. Agħmel kummenti qosra. Dan jagħti opportunità lil iktar uħud possibbli biex jieħdu sehem. Għandna nżommu l-kummenti qosra tagħna strettament mal-materjal li jkun qed jiġi studjat. Wettaq l-inkarigi. Bħala studenti fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku jew bħala parteċipanti fil-Laqgħa tas-Servizz, ippreparaw tajjeb, agħmlu provi minn qabel, u ipprovaw tfallux. Agħti prosit lill-parteċipanti: Għid lil oħrajn kemm l-isforzi tagħhom huma apprezzati. Dan jibnihom u jimmotivahom biex jagħmlu saħansitra aħjar fil-futur. Inkuraġġixxu lil xulxin: Tislim b’qalb tajba u konversazzjonijiet li jibnu qabel u wara l-laqgħat iżidu mal-gost u l-benefiċċji li nieħdu milli nattendu għal-laqgħat.