Quċċata Ġdida Għal Awissa?
Jistaʼ jkollna quċċata ġdida taʼ pubblikaturi li jirrapportaw għal Awissu? Għandna l-potenzjal biex nilħquha? Iva, għandna! Ir-Rapport t’Analisi għal Malta kkompilat f’Settembru 1997 wera total taʼ 554 pubblikatur. Minn Settembru ’l hawn oħrajn ġew mgħaddsin taħt l-ilma. L-akbar quċċata li qatt ġiet irrapportata f’xahar wieħed kienet taʼ 541 f’Marzu 1998. Kif nistgħu naqbżu dak ir-rekord? Jistaʼ jsir jekk kull pubblikatur fil-kongregazzjoni jagħmel arranġamenti definiti biex jipparteċipa fil-ministeru matul Awissu u mill-ewwel jirrapporta dik l-attività. Peress li l-ewwel jumejn tax-xahar huma Sibt u Ħadd, għala ma tagħmilx pjanijiet biex tieħu sehem fis-servizz taʼ l-għalqa billi tibda f’dak it-tmiem tal-ġimgħa? Billi nibdew kmieni fix-xahar, m’aħniex se nonqsu li nqattgħu xi ħin fix-xogħol t’għoti taʼ xiehda matul Awissu. Bi sforz unit, għandna naraw quċċata ġdida taʼ pubblikaturi għal Malta li qatt qabel ma kien hawn bħalha. X’għajta taʼ tifħir tkun dik għal Jehovah!—Salm 47:2 [47:1, NW].