Il-Ħeġġa li Tqanqal lil Ħafna
L-appostlu Pawlu faħħar lill-Korintin għax il-ħeġġa tagħhom għal xogħol tajjeb “qanqlet lil ħafna” mill-Kristjani sħabhom. (2 Kor. 9:2) Taʼ spiss, individwu, familja, grupp taʼ l-istudju tal-ktieb, jew kongregazzjoni sħiħa jistaʼ jkollhom effett simili permezz tal-ħeġġa li jkollhom fix-xogħol taʼ l-evanġelizzar. Dawn huma ftit modi fejn tkun tistaʼ turi l-ħeġġa jew żelu għall-ministeru.
◼ Ħalli s-Sibtijiet tiegħek għall-attività tal-Ġurnata tar-Rivisti.
◼ Ipparteċipa ftit fis-servizz taʼ l-għalqa nhar taʼ Ħadd.
◼ Meta l-ġurnata titwal, uża dan il-ħin taʼ fil-għaxija biex tieħu sehem fl-għoti taʼ xiehda.
◼ Ħu sehem fi kwalunkwe ġranet li fihom isiru xi arranġamenti speċjali għall-ippridkar.
◼ Oħroġ fuq is-servizz meta tkun festa ladarba ma tkunx xogħol jew skola.
◼ Appoġġa l-ministeru matul iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit.
◼ Qattaʼ xahar jew iktar bħala pijunier awżiljarju matul is-sena.
◼ Irranġa ċ-ċirkustanzi tiegħek biex jekk jistaʼ jkun taqdi bħala pijunier regulari.
Ara t-2000 Yearbook of Jehovah’s Witnesses, paġni 17-19.