LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/00 pp. 3-4
  • Qiegħed Int Tibbenefika Personalment?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qiegħed Int Tibbenefika Personalment?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Laqgħat li jqanqlu “għall-imħabba u l-għemejjel tajbin”
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Niltaqgħu flimkien għall-qima
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Il-Laqgħat Huma taʼ Benefiċċju għaż-Żgħażagħ
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Ibbenefika bis-Sħiħ mil-Laqgħat għas-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 8/00 pp. 3-4

Qiegħed Int Tibbenefika Personalment?

1 Miljuni taʼ nies illum iridu jkunu jafu kif jegħlbu l-​problemi u jgawdu ħajjiet ferħanin. Huma ffissati fuq il-​kotba li juruhom kif jgħinu lilhom infushom, inkella jduru lejn gruppi u organizzazzjonijiet għall-​pariri dwar kif jgħixu ħajjiet aħjar. Forsi xi wħud jistgħu jippontaw lejn il-​benefiċċji limitati li kisbu. Madankollu, meta tqis il-​kwalità tal-​ħajja llum, tgħallmu n-​nies in ġenerali jgawdu ħajjiet paċifiċi u ferm sodisfaċenti permezz taʼ l-​iskemi taʼ tagħlim tal-​bniedem? Dażgur li le!—1 Kor. 3:18-20.

2 Mill-​banda l-​oħra, il-​Ħallieq tagħna jipprovdi b’xejn l-​iktar tagħlim t’għajnuna lil dawk kollha li jagħtu widen. Jehovah jrid li kulħadd jibbenefika mit-​tagħlim tiegħu. Hu b’mod ġeneruż ipprovda l-​Kelma mnebbħa tiegħu sabiex tgħin lill-​bnedmin kif ikunu retti, u ġiegħel li l-​aħbar tajba tas-​Saltna tiegħu tiġi dikjarata maʼ l-​art kollha. (Salm 19:8, 9 [19:7, 8, New World Translation]; Mt. 24:14; 2 Tim. 3:16) Ħajja verament ferħana għandha x’taqsam direttament maʼ li wieħed jagħti attenzjoni għall-​kmandamenti taʼ Jehovah.—Is. 48:17, 18.

3 Il-​gwida taʼ Jehovah hija ferm iktar superjuri minn dik provduta fi kwalunkwe ktieb li jurik kif tgħin lilek innifsek jew skemi li toffri d-​dinja biex tavanza f’ħajtek. Aħna nistgħu niksbu għajnuna ġenwina u benefiċċji dejjiema jekk nieħdu vantaġġ sħiħ mill-​provvedimenti taʼ Jehovah mniżżlin fil-​Kelma tiegħu u mgħallmin mill-​organizzazzjoni tiegħu.—1 Pt. 3:10-12.

4 Ibbenefika mil-​Laqgħat tal-​Kongregazzjoni: Illum, Jehovah juri interess ġenwin f’li jgħallimna l-​modi tiegħu, u aħna se nibbenefikaw jekk nagħtu attenzjoni għall-​istruzzjoni tiegħu. Il-​ħames laqgħat tagħna taʼ kull ġimgħa juru t-​tħassib b’imħabba taʼ Jehovah. Meta nattendu għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, l-​għarfien tagħna dwar Alla jiżdied. Nitgħallmu kif għandna nipproteġu lilna nfusna mill-​ħażin billi nersqu qrib lejn Jehovah. B’dan il-​mod se nħossuna aħjar.

5 Hemm iżjed minn hekk. Fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni nistgħu ‘niftħu qalbna beraħ.’ (2 Kor. 6:13) Dan jinvolvi li nsiru nafu lil oħrajn fil-​kongregazzjoni. Aħna nibbenefikaw meta ninkuraġġixxu lil xulxin, bħalma kiteb l-​appostlu Pawlu fl-​ittra tiegħu lir-​Rumani. (Rum. 1:11, 12) Meta kien qed jikteb lil-​Lhud, hu wissa b’mod sod lil dawk li forsi kienu qegħdin jiżviluppaw id-​drawwa li jabbandunaw is-​sħubija Kristjana.—Lhud 10:24, 25.

6 Li tgħix ħajja sodisfaċenti u ferħana għandha x’taqsam direttament maʼ li tkun interessat fil-​benesseri t’oħrajn. Aħna niġu inkuraġġiti biex naraw fejn nistgħu nagħtu sehemna għall-​hena t’oħrajn. Għalhekk, żgur li l-​laqgħat Kristjani tagħna huma taʼ benefiċċju għalina persunali u għal dawk li nikkultivaw sħubija mill-​aħjar magħhom. Jeħtieġ ukoll li nipparteċipaw minn qalbna.

7 L-​appostlu Pawlu ħareġ punt simili fil-​parir tiegħu lil Timotju meta kiteb: “Tħarreġ fit-​tjieba.” (1 Tim. 4:7) Nistgħu nistaqsu lilna nfusna: ‘Qiegħed nitħarreġ jien? Qed nitgħallem kif nibbenefika minn dak li qed nismaʼ fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni?’ It-​tweġibiet se jkunu iva jekk nagħtu attenzjoni għal dak li nisimgħu fil-​laqgħat u nistinkaw biex napplikaw dak li nitgħallmu. Bl-​għajnejn tal-​fidi, irridu nkunu kapaċi nagħrfu li l-​aħwa rġiel li jkunu qed jgħallmuna ma jkunux qed jitkellmu minn rajhom u naraw li huwa Jehovah l-​Għalliem Grandjuż tan-​nies tiegħu.—Is. 30:20.

8 L-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku u l-​Laqgħa tas-​Servizz: Dawn iż-​żewġ laqgħat huma magħmulin biex jgħinuna nkunu effettivi fil-​ministeru Kristjan. L-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku ssir għal dak l-​għan—skola bi studenti li jirċievu istruzzjoni u pariri fuq bażi regulari. Għandek l-​opportunità li turi kemm għamilt progress bħala kelliemi pubbliku u għalliem tal-​Kelma t’Alla. Imma biex tibbenefika kemm jistaʼ jkun mill-​iskola, int trid tinkiteb fiha, tattendi, tipparteċipa regolarment, u twettaq l-​inkarigi tiegħek b’qalbek kollha. Li taċċetta u tapplika l-​pariri li tingħata se jgħinek tagħmel progress.

9 Il-​Laqgħa tas-​Servizz tgħallimna l-​importanza tal-​ministeru Kristjan u turina kif nistgħu nieħdu sehem fix-​xogħol taʼ li nagħmlu dixxipli. Qegħdin int u l-​familja tiegħek tibbenefikaw bis-​sħiħ minn dak li qed jiġi preżentat f’dawn iż-​żewġ laqgħat? Koppja Kristjana tosserva: “Darba waħda fil-​Laqgħa tas-​Servizz smajna li rridu nikkunsidraw l-​iskrittura tal-​jum bħala familja. Ma konniex qed nagħmluh dan, imma issa iva.” Kif ibbenefikaw personalment? Huma jammettu: “Aħna nsibu li l-​konversazzjonijiet tagħna madwar il-​mejda taʼ l-​ikel huma iktar pjaċevoli. M’għadniex noqogħdu nillitikaw fil-​ħin taʼ l-​ikel.” It-​tfal żgħar ukoll jibbenefikaw mil-​laqgħat? Iva. L-​omm tgħid: “Huwa ovvju li t-​tfal tagħna qed jiġu effettwati ħafna mil-​laqgħat. Darba waħda matul il-​ġimgħa lit-​tifel tagħna, li għandu sitt snin, qbadnieh jgħid xi gideb. Imma dik il-​ġimgħa stess fil-​laqgħa, it-​taħdita taʼ l-​istruzzjoni kienet fuq il-​gideb. It-​tifel tagħna ħares lejn missieru għax ħassu dispjaċut u xtaq l-​art tibilgħu bil-​mistħija. Tgħallimha l-​lezzjoni, u ma kellniex iktar problemi minn dakinhar ’l hawn.”

10 Oħt pijuniera tgħid li tieħu pjaċir li fil-​Laqgħa tas-​Servizz isiru suġġerimenti sabiex intejbu l-​ministeru tagħna. Għala? Hi tispjega: “Jien nispiċċa ngħid l-​istess ħaġa. Kultant naħseb li dak li jiġi suġġerit fil-​Ministeru tas-​Saltna ma jirnexxix. Imma waqt il-​Laqgħa tas-​Servizz, meta nismaʼ li rridu nipprovaw dawn is-​suġġerimenti, nimtela bl-​entużjażmu biex napplikahom. Il-​ministeru jsir pjaċevoli!” Wara diversi ġimgħat li kienet ilha tapplika s-​suġġeriment biex fl-​ewwel żjara tipprova tibda studju tal-​Bibbja, hi bdiet studju fl-​ewwel żjara maʼ tfajla li fit-​talb tagħha kienet qed titlob għall-​għajnuna.

11 Meta tismaʼ taħdita li tinkludi pariri Bibliċi fuq l-​għażliet persunali li tagħmel, tħoss li Jehovah qed ikellmek b’mod dirett? Hekk ħassu wieħed ħu. Hu qal: “Dan l-​aħħar, f’waħda mil-​laqgħat kien hemm taħdita fejn il-​ħu ddiskuta liema tip taʼ divertiment huwa xieraq għall-​Kristjani u liema m’huwiex. Jien kont nieħu gost nara l-​boxing fuq it-​televixin. Imma wara dik il-​laqgħa, iddeċidejt li dan l-​isport ma kienx it-​tip taʼ divertiment xieraq għall-​Kristjani. Għalhekk, m’għadnix narah iktar.” Iva, għalkemm dan il-​ħu kien sar iħobb xi ħaġa vjolenti, hu wieġeb b’umiltà għad-​direzzjoni taʼ Jehovah.—Salm 11:5.

12 Il-​Laqgħa Pubblika, l-​Istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa, u l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni: It-​taħditiet pubbliċi li nisimgħu kull ġimgħa jkopru diversi suġġetti tal-​Bibbja. X’qed tikseb minn dawn it-​taħditiet? Raġel Kristjan miżżewweġ jgħid dwar il-​benefiċċji li kien irċieva: “Kien hemm taħdita pubblika li enfasizzat il-​frott kollu taʼ l-​ispirtu. Il-​kelliemi qal li hu personalment, sabiex jaħdem f’li jikkultiva dan il-​frott, jagħżel kwalità waħda partikulari u jagħmel ġimgħa sħiħa jaħdem fuqha. Fi tmiem il-​ġimgħa, jirrifletti dwar x’għamel biex wera din il-​frotta fl-​attivitajiet tiegħu taʼ kuljum. Imbagħad jaħdem fuq kwalità oħra l-​ġimgħa taʼ wara. Għoġbitni dik l-​idea u bdejt napplikaha jien ukoll.” Kemm applika mill-​aħjar dak li tgħallem!

13 L-​Istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa jgħallimna napplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja f’diversi sitwazzjonijiet tal-​ħajja. Dan jgħinna nżommu moħħna u qalbna kalmi minkejja l-​ansjetajiet tal-​ħajja. L-​Istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa jżommna wkoll aġġornati mal-​verità li dejjem qed tipprogressa. Per eżempju, kemm ibbenefikajna mill-​istudju taʼ l-​artikli tat-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Mejju, 1999, bit-​titli: “Dan Jeħtieġ li Jiġri,” “Ħa Juża d-​Dixxerniment Min Jaqra” u “Għassu u Ishru!” Kif effettwawk personalment dawn l-​istudji? Turi mill-​azzjonijiet tiegħek li qed tiħodha bis-​serjetà t-​twissija taʼ Ġesù dwar il-​futur? Qed tipprepara lilek innifsek għall-​provi li ġejjin meta naraw “il-​profanazzjoni u l-​ħerba fit-​tempju [jew, fil-​post imqaddes]?” (Mt. 24:15-22) Qegħdin il-​miri u l-​korsa taʼ ħajtek juru li l-​iktar ħaġa importanti għalik huwa t-​taqdis taʼ l-​isem taʼ Jehovah u mhux li żżid l-​affarijiet materjali? Waqt l-​Istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa, m’aħniex nitgħallmu biex nibbenefikaw personalment minn issa?

14 Aħseb dwar kemm nitgħallmu fl-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni kull ġimgħa. Bħalissa qegħdin nistudjaw il-​ktieb Bibliku taʼ Danjel. F’dawn l-​erbaʼ xhur li ilna nistudjaw dan il-​ktieb Bibliku, ma rajniex li l-​fidi tagħna qed tikber kull ġimgħa? Bħal Danjel, il-​profeta maħbub taʼ Jehovah, aħna nsaħħu l-​fidi tagħna sabiex inkunu nistgħu nissaportu.

15 Jehovah Jgħallimna Ngħixu Ferħanin: Tgħidx kemm nevitaw uġigħ taʼ qalb meta nagħtu attenzjoni għall-​kmandamenti t’Alla. Iktar minn hekk, nesperjenzaw il-​ferħ kollu li jistaʼ jkollna f’ħajjitna. Billi nsegwu d-​direzzjoni taʼ Jehovah, nibdew nieħdu sehem fix-​xogħol tiegħu, u mhux inħarsu biss. U dawk li qed jagħmlu x-​xogħol t’Alla huma nies ferħanin.—1 Kor. 3:9; Ġak. 1:25.

16 Aħseb b’mod attiv dwar kif se tapplika l-​affarijiet li tismaʼ fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. (Ġw. 13:17) Aqdi lil Alla b’entużjażmu, b’qalbek kollha. Żgur li se tfur bil-​ferħ. Ħajtek se titjieb, u se ssir iktar sinjifikanti. Iva, se tibbenefika personalment.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja