LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/00 p. 1
  • Il-Ħajjiet Jinsabu fil-Periklu!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ħajjiet Jinsabu fil-Periklu!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Il-​Messaġġ li Għandna Nxandru
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Ibqgħu Ppridkaw!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Qed twettaq bis-sħiħ is-servizz tiegħek lil Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • “Ħu Ħsieb il-Ministeru li Aċċettajt fil-Mulej”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 9/00 p. 1

Il-​Ħajjiet Jinsabu fil-​Periklu!

1 Il-​Bibbja tagħmilha ċara li r-​rieda taʼ Jehovah hi “li l-​bnedmin kollha jsalvaw.” Madankollu, huwa minnu wkoll li jekk il-​miljuni taʼ nies fuq l-​art jgħixux jew le jiddependi mill-​attitudni li huma għandhom lejn Alla Jehovah u s-​Saltna tiegħu permezz taʼ Ġesù Kristu. Attitudni xierqa tistaʼ tkun ibbażata biss fuq li “jagħrfu l-​verità.” (1 Tim. 2:3, 4) Għandna nħabbru li l-​art dalwaqt se titnaddaf mill-​ħażen kollu biex minflokha jkun hawn id-​dinja ġdida t’Alla taʼ tjieba. Sadanittant, aħna ġejna inkarigati wkoll inwettqu xogħol vitali li jsalva l-​ħajjiet.—Mt. 24:14; 28:19, 20; Rum. 10:13-15.

2 Għala Daqshekk Urġenti? Ġesù ta t-​twissija dwar “diqa [jew, tribulazzjoni] kbira li mill-​bidu tad-​dinja sa issa għadu qatt ma kien hawn bħalha.” (Mt. 24:21) Din it-​tribulazzjoni se tilħaq il-​quċċata tagħha f’Armageddon. (Apk. 16:16) In-​nies kollha li se jiffaċċjaw qerda totali jekk kemm-il darba jonqsu li jwieġbu għall-​aħbar tajba jinkludu, il-​qraba tagħna li ma jemmnux, il-​ġirien, sħabna tax-​xogħol u taʼ l-​iskola, u lil dawk kollha li nafu. Imma l-​interess tagħna hu li nilħqu lill-​“bnedmin kollha” bħalma għamel Alla, li wera mħabbtu għad-​dinja kollha taʼ bnedmin billi ta lil Ibnu, Ġesù Kristu, biex il-​prezz tal-​fidwa jitħallas għal kulħadd. (Ġw. 3:16) Aħna rridu nistinkaw b’mod żeluż biex nistiednu lil kulħadd jaħrab lejn il-​post taʼ sigurtà provdut minn Alla. Billi nwettqu bis-​sħiħ ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar nistgħu nevitaw il-​ħtija tad-​demm.—Eżek. 33:1-7; 1 Kor. 9:16.

3 X’Inhu l-​Iskop Tagħna? Il-​Kelma t’Alla tenfasizza l-​importanza tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Bħalma esprima l-​appostlu Pawlu, “l-​imħabba taʼ Kristu ġġegħelna” ngħixu fi qbil mal-​mogħdijiet t’Alla. (2 Kor. 5:14) Iżjed minn hekk, It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ spiss jenfasizza l-​obbligu tagħna biex nippridkaw. Il-​Ministeru tas-​Saltna l-​ħin kollu jipprovdilna direzzjoni fuq kif għandna nwettqu x-​xogħol taʼ l-​ippridkar. L-​anzjani jorganizzaw ix-​xogħol u jinkuraġġuna biex nieħdu sehem fih. Il-​pubblikaturi sħabna jistidnuna biex nieħdu sehem magħhom fil-​ministeru. Nisimgħu ħafna dwar kif nistgħu nippreparaw il-​preżentazzjonijiet tagħna, noffru r-​rivisti u letteratura oħra, nagħmlu ż-​żjajjar lura, nikkonduċu l-​istudji tal-​Bibbja u nużaw kull opportunità biex nagħtu xiehda. Dan kollu jgħinna nwettqu l-​iskop taʼ li nsalvaw il-​ħajjiet.—1 Kor. 9:22, 23; Efes. 1:13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja