Konvenzjoni Distrettwali
tax-Xhieda taʼ Jehovah għas-Sena 2001 “Għalliema tal-Kelma t’Alla”
1 Il-profeta Isaija ddeskriva lil Jehovah bħala l-Istruttur Grandjuż, li bħal missier iħeġġeġ lill-poplu tiegħu: “Din hi t-triq; għaddi minnha.” (Is. 30:20, 21) Imma aħna kif nisimgħu lil Jehovah jitkellem għall-ġid tagħna? Jehovah jitkellem mal-poplu tiegħu permezz tal-paġni tal-Bibbja kif ukoll permezz taʼ pubblikazzjonijiet, laqgħat, avvenimenti importanti tas-circuit, u konvenzjonijiet distrettwali bbażati mill-Bibbja li huma provduti mill-“ilsir leali u diskret.” (Mt. 24:45, NW) Aħna għandna nirringrazzjaw lil Jehovah talli jkompli jiggwidana fit-triq li għandna nimxu.
2 Kull sena, il-konvenzjoni distrettwali tagħtina l-opportunità biex niltaqgħu maʼ sħabna fit-twemmin u biex nisimgħu b’attenzjoni l-istruzzjonijiet taʼ Jehovah. Is-sena l-oħra, 873 persuna attendew għall-Konvenzjoni “Nagħmlu Dak li Tgħid il-Kelma t’Alla” li kienet tant saħħitna spiritwalment. Fl-2001, il-Konvenzjoni Distrettwali taʼ tlett ijiem “Għalliema tal-Kelma t’Alla,” se ssir madwar id-dinja kollha, u aħna nafu li int qed tħares ’il quddiem sabiex tagħmel l-arranġamenti persunali tiegħek ħalli tattendi, flimkien m’aħwa lokali oħrajn u numru taʼ delegati mill-Britannja. Għalhekk nixtiequ ngħidu xi ħaġa fil-qosor għalissa. Tfakkiriet iktar dettaljati se jiġu pubblikati hekk kif nersqu iktar qrib tad-dati tal-konvenzjoni.
3 Il-Kondotta Xierqa Tagħna fin-New Dolmen: Is-sena l-oħra ħafna minn dawk li jmexxu l-lukanda qalu diversi affarijiet pożittivi biex ifaħħru lill-aħwa għall-imġiba tajba tagħhom. Din is-sena, għandna nagħmluha l-mira tagħna li naħdmu iktar iebes biex inkunu żguri li tingħata xiehda tajba bl-imġiba tagħna.
4 Nieħdu Ħsieb Dawk bi Bżonnijiet Speċjali: Ix-xjuħ, dawk b’saħħa batuta, dawk fis-servizz full-time, jew oħrajn għandhom mnejn ikollhom bżonn l-għajnuna biex jattendu għall-konvenzjoni. Il-qraba, l-anzjani, u oħrajn fil-kongregazzjoni li huma konxji taċ-ċirkustanzi uniċi taʼ dawk bi bżonnijiet speċjali jistgħu jgħinuhom b’imħabba biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji sabiex jipprovdulhom dak li għandhom bżonn. Ir-responsabbiltà tal-familja u tal-kongregazzjoni m’għandhiex tintefaʼ fuq min jorganizza l-konvenzjoni.—1 Tim. 5:4.
5 Konklużjoni: Hekk kif iż-żmien joqrob sabiex tattendi għall-konvenzjoni distrettwali tiegħek, itlob lil Jehovah biex jgħinek tattendi għas-sezzjonijiet kollha tat-tlett ijiem kollha u biex tikseb il-benefiċċji kollha mill-programm. Tlabt int minn issa l-leave mix-xogħol għat-tlett ijiem tal-konvenzjoni li bi ħsiebek tattendi? Jekk għadek le, agħmel dan malajr kemm jistaʼ jkun. Meta titlob il-leave fl-aħħar minuta ġeneralment dan ma jingħatax. L-ilsir leali u diskret ħejja l-Konvenzjoni Distrettwali taʼ din is-sena “Għalliema tal-Kelma t’Alla” sabiex jipprovdi taħriġ spiritwali għalina u biex isaħħilna l-fidi tagħna. Mela ibda ippjana minn issa biex tattendi, billi tagħti kas it-twissija tas-salmista: “Bierku ’l Alla fil-laqgħat tagħkom.”—Salm 68:27 [68:26, NW].
Dati u Ħinijiet tal-Programm
7, 8, u 9 taʼ Settembru, 2001
Il-Ġimgħa u s-Sibt
9:30 a.m. 5:00 p.m.
Il-Ħadd 9:30 a.m. 4:00 p.m.