LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/01 p. 3
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Laqgħat għas-servizz tal-għalqa li jwettqu x-xogħol tagħhom
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Ibbenefika bis-Sħiħ mil-Laqgħat għas-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Laqgħat għas-Servizz tal-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • L-Iskrittura tal-Jum Mhix Se Tibqaʼ Tiġi Kunsidrata fil-Laqgħat għas-Servizz tal-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 9/01 p. 3

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Liema informazzjoni għandha tingħata fil-​laqgħat għas-​servizz taʼ l-​għalqa?

L-​iskop tal-​laqgħat għas-​servizz taʼ l-​għalqa huwa li dawn jgħinuna nikkonċentraw fuq l-​attività li tkun ġejja—il-​ministeru. Għalhekk, dak li jikkonduċi għandu jkun preparat sew u lest li jgħaddi maʼ dawk preżenti xi ħaġa taʼ inkuraġġiment, speċifika, u prattika. Jekk l-​iskrittura tal-​jum ikollha x’taqsam direttament maʼ l-​attività taʼ l-​ippridkar, tistaʼ tinqara u tiġi diskussa fil-​qosor. Madankollu, il-​laqgħa għandha l-​ewwelnett tikkonċentra fuq ix-​xogħol li se jkun se jsir ftit wara. Għandha tgħin lil dawk kollha li se jmorru jagħtu xiehda biex ikunu preparati aħjar ħalli jaqdu sew il-​ministeru dakinhar.​—2 Tim. 4:5.

Punti li jistgħu jiġu applikati mill-​Ministeru tas-​Saltna jistgħu jiġu diskussi biex jiġbdu l-​attenzjoni taʼ kulħadd lejn l-​offerta kurrenti u kif din tistaʼ tkun preżentata. Fil-​Ġurnata tar-​Rivisti tistaʼ tintwera preżentazzjoni minn “X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-​Rivisti.” Għal kampanji oħrajn, tistaʼ tinġibed l-​attenzjoni lejn introduzzjoni jew tnejn mill-​ktieb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja li huma addattati għat-​territorju lokali. Tistaʼ ssir diskussjoni jew turija dwar aspett wieħed tal-​ministeru, bħal per eżempju kif tintuża l-​Bibbja fil-​bieb, x’għandu jingħad lil xi ħadd li jkun irid iwaqqaf il-​konversazzjoni, kif jiġi offrut studju tal-​Bibbja, jew kif issir żjara lura fejn jinstab l-​interess.

Il-​laqgħat għas-​servizz m’għandhomx idumu iktar minn 10 sa 15-il minuta, u dan il-​ħin għandu jinkludi l-​arranġament tal-​gruppi, it-​tqassim tat-​territorju, u talba. Meta jsir il-​ħin li jkunu jistgħu jitilqu, dawk kollha li jkunu preżenti għandhom ikunu jafu maʼ min u fejn se jaħdmu, u għandhom imorru għal fuq it-​territorju fil-​pront. Minħabba li l-​laqgħa hija qasira, huwa importanti li kulħadd jasal fil-​ħin. Meta l-​laqgħa għas-​servizz issir eżatt wara xi laqgħa tal-​kongregazzjoni, bħal per eżempju wara l-​istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa, din għandha tkun iqsar. M’hemmx għalfejn tiġi diskussa l-​iskrittura tal-​jum, peress li l-​aħwa jkunu għadhom kif gawdew diskussjoni Skritturali mill-​aqwa.

Aħwa rġiel mgħammdin kwalifikati għandhom jingħataw l-​inkarigu minn qabel sabiex jikkonduċu kull laqgħa għas-​servizz. Jekk ma jkun hemm ħadd disponibbli biex imexxi l-​laqgħa f’ġurnata partikulari, l-​anzjani għandhom jagħżlu aħwa nisa mgħammdin li jistgħu jagħmlu dan meta jkun hemm bżonn. Filwaqt li tibqaʼ bil-​qiegħda, l-​oħt tistaʼ tagħti bidu għal diskussjoni bejn il-​grupp dwar l-​iskrittura tal-​jum jew punti oħra li għandhom x’jaqsmu mas-​servizz taʼ l-​għalqa, u għandha żżomm il-​kummenti tagħha fil-​qosor. Għandha tilbes għata fuq rasha.

Il-laqgħat għas-​servizz taʼ l-​għalqa huma opportunitajiet mill-​aqwa biex niġu inkuraġġiti u nkunu mgħammrin sabiex nagħtu sehemna fil-​ministeru. Iktar ma jkun preparat dak li jikkonduċi, iktar se jibbenefika kulħadd.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja