L-Iskrittura tal-Jum Mhix Se Tibqaʼ Tiġi Kunsidrata fil-Laqgħat għas-Servizz tal-Għalqa
Fil-passat, il-laqgħat tas-servizz tal-għalqa setgħu inkludew diskussjoni qasira tal-iskrittura tal-jum jekk kienet dwar il-ministeru. Qed issir bidla f’dan. Il-ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum m’għandux jibqaʼ jintuża bħala bażi għal diskussjoni matul il-laqgħat għas-servizz. Bħal qabel, l-indokraturi jistgħu jużaw il-Bibbja, il-Ministeru tas-Saltna, il-ktieb Skola tal-Ministeru, il-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja, u materjal ieħor li jitkellem dwar il-ministeru. Dawk li huma inkarigati biex jikkonduċu l-laqgħa għandhom jippreparaw xi ħaġa prattika biex tgħin lil dawk li ħerġin fil-ministeru dakinhar. Bħas-soltu, il-laqgħa għandha ddum minn 10 sa 15-il minuta u għandha tkun iqsar jekk issir wara laqgħa tal-kongregazzjoni.