X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Mar.
“Taqbel miegħi li d-dinja kienet tkun post aħjar biex ngħixu fih kieku kellha titmexxa bil-ġustizzja? [Agħti ċans għal tweġiba.] Jekk jogħġbok innota xi twiegħed il-Bibbja. [Aqra Salm 37:11.] Nistgħu ngawdu paċi bħal din, għaliex se tkun reali taħt Mexxej perfett li huwa identifikat f’dawn l-artikli.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 t’Apr.
“Ippermettili naqsam miegħek ħsieb mill-Bibbja li jqawwi l-qalb. [Aqra Mattew 22:37.] X’taħseb li jfisser dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota dan l-artiklu, ‘Fittex lil Alla b’Qalbek u b’Moħħok.’ Il-fidi vera tinvolvi sempliċement il-qalb biss, jew għandha tinvolvi wkoll il-moħħ? It-tweġiba hija interessanti ferm.”
Stenbaħ 8 t’Apr.
“Bħalma taf, li tieħu ħsieb il-familja huwa sfida f’dawn iż-żminijiet, u li tkun omm hija biċċa xogħol li tirrikjedi sforz kbir. Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! fiha diskussjoni interessanti dwar is-suġġett ‘L-Omm Trid Saħħa Speċjali biex Tlaħħaq maʼ Kollox?’ Nixtieq inħalli din il-kopja miegħek.”