Appell mill-Qalb biex Nagħtu Kas l-Eżempji taʼ Twissija għal Żmienna
Ilkoll kemm aħna nistgħu nsaħħu d-determinazzjoni tagħna biex inżommu l-integrità billi ndaħħlu f’qalbna t-tagħlimiet li ħarġu mid-drama Biblika murija fil-vidjo Warning Examples for Our Day (Eżempji taʼ Twissija għal Żmienna). Qabel ma tarah, jekk jogħġbok aqra Numri kapitlu 25 u l-materjal relatat miegħu fl-Insight on the Scriptures, it-2 Volum, paġna 419, paragrafi 3-5. Imbagħad wieġeb dawn il-mistoqsijiet: Min kienu l-Mowabin, u Jehovah għala qal lil Mosè biex ma jitqabadx magħhom? (Dt. 2:9) Balgħam kif ikkomplotta biex juża lil Mowabin sabiex jeqred lill-ġens taʼ Iżrael? Għala m’għandniex ninsew li ħafna Iżraelin ma għaddewx minn prova vitali eżatt qabel ma kienu se jidħlu fl-Art Imwiegħda?—1 Kor. 10:11, 12.
Waqt li tkun qed tara lvidjo Warning Examples, aħseb dwar l-erbaʼ aspetti tal-ħajja li ġejjin li għandna nagħtu kashom bis-serjetà fi żmienna jekk irridu nkunu leali u ngawdu l-favur t’Alla. (1) L-Attitudni: Xi Iżraelin kif urew attitudni ħażina lejn Jehovah u lejn l-arranġamenti tiegħu? Għal kuntrarju, aħna liema attitudni rridu nħabirku biex nuru? (2) L-Assoċjazzjonijiet: Jehovah għala ma riedx lill-Iżraelin jagħmlu ħbieb mal-Mowabin? (Eżo. 34:12; Prov. 13:20) Għala għandna nagħżlu l-ħbieb tagħna b’mod għaqli? (3) Il-Morali: Minħabba l-assoċjazzjoni ħażina, il-madwar 23,000 Iżraeli f’liema dnub serju waqgħu? (1 Kor. 10:8) Illum il-ġurnata, x’ħajjar lil xi wħud mill-poplu t’Alla biex jikkommettu l-immoralità, imma aħna kif nistgħu nipproteġu lilna nfusna? (4) Il-Qima: Xi prova kellhom l-Iżraelin biex juru li l-qima tagħhom kienet safja? Xi wħud illum, għal liema tip sottili taʼ idolatrija għandhom mnejn iċedu, imma dan kif nistgħu nevitawh?—Kol. 3:5.
Fid-drama, Ġamin kif kien imbierek għall-integrità morali tiegħu? Permezz taʼ dan il-vidjo, liema appell mill-qalb qed tagħmel il-Ġemgħa li Tiggverna lill-Kristjani veri kollha? Jekk inti kap tal-familja, għala tħoss li jkun għaqli li l-familja tiegħek jaraw dan il-programm għal darba wara l-oħra?