Vidjo li Se Jilluminak u Jqanqlek!
Kien ix-xahar t’April taʼ l-1951. Eluf taʼ Xhieda taʼ Jehovah fl-ex-Unjoni Sovjetika—familji sħaħ—ġew miġbura kollha flimkien minn kwartieri differenti, mitfugħin ġo vaguni tal-ferrovija tal-merkanzija, u eżiljati lejn is-Siberja. Il-gvern Sovjetiku b’saħħtu ferm għal liema raġuni kien determinat li jeqridhom? Ħutna kif irnexxielhom jibqgħu ħajjin kif ukoll jimxu ’l quddiem minkejja snin sħaħ taʼ persekuzzjoni kontinwa? Tistaʼ ssib it-tweġibiet fil-vidjo Faithful Under Trials—Jehovah’s Witnesses in the Soviet Union (Leali fil-Provi—Ix-Xhieda taʼ Jehovah fl-Unjoni Sovjetika). Arah, u ħalli l-messaġġ informattiv tiegħu jimmotivak biex, jiġri x’jiġri, iżżomm il-lealtà tiegħek lejn Jehovah!
Taf twieġeb dawn il-mistoqsijiet? (1) Ix-Xhieda taʼ Jehovah meta ġew rikonoxxuti uffiċjalment għall-ewwel darba fir-Russja? (2) L-Unjoni Sovjetika kif spiċċat biex kellha eluf iktar taʼ familji taʼ Xhieda qabel u wara t-Tieni Gwerra Dinjija? (3) It-twemmin tagħhom kif kien f’konflitt dirett mal-filosofija taʼ Lenin? (4) X’kienet l-Operation North, u Stalin xi xtaq jikseb permezz tagħha? (5) X’kien ifisser l-eżilju għax-Xhieda, u xi ntqalilhom biex jagħmlu jekk riedu jevitaw li jiġu eżiljati? (6) Fil-vjaġġ twil tagħhom bil-ferrovija lejn is-Siberja, ħutna rġiel u nisa kif inkuraġġew lil xulxin u ssorprendew lil dawk li kienu qabduhom? (7) Liema miżerji kellhom jiffaċċjaw ix-Xhieda fis-Siberja? (8) Xi provvedimenti spiritwali kienu japprezzaw tassew in-nies taʼ Jehovah, u għala? (9) Ħutna għala kienu lesti li jirriskjaw ħajjithom biex jirċievu l-letteratura, u kif kellhom suċċess f’dan avolja l-awtoritajiet għamlu minn kollox biex ma jirċivuhiex? (10) Khrushchev kif kompla bl-attakk tiegħu fuq in-nies t’Alla? (11) L-awtoritajiet kif ipprovaw ikissru l-fidi tat-tfal tax-Xhieda? (12) Liema fehma ċara kellhom ħutna rigward ir-raġuni l-għala kienu qegħdin jiġu persegwitati? (2002 Yearbook, paġni 203-4) (13) L-attakk sfrenat fuq lorganizzazzjoni t’Alla kif kellu l-effett oppost taʼ dak mistenni mill-persekuturi? (2002 Yearbook, paġni 220-1) (14) Liema affarijiet li qabel ix-Xhieda taʼ l-ex-Unjoni Sovjetika kienu joħolmu biss dwarhom issa saru possibbli? (15) X’kien li għen lil ħutna jissaportu lprovi, u l-aħħar xena tal-vidjo kif turi l-verità taʼ Ġeremija 1:19? (16) Irrakkonta waħda mill-esperjenzi taʼ ħajjet dawk l-aħwa li baqgħu leali fil-provi li tqanqlek b’mod speċjali.