LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/03 p. 8
  • X’Inhi l-Prijorità Tiegħek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhi l-Prijorità Tiegħek?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Qed twettaq bis-sħiħ is-servizz tiegħek lil Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Il-Ministeru Kristjan—Ix-Xogħol Prinċipali Tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • “Ħu Ħsieb il-Ministeru li Aċċettajt fil-Mulej”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Il-Prijorità Tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 2/03 p. 8

X’Inhi l-​Prijorità Tiegħek?

1 Ħafna organizzazzjonijiet reliġjużi jagħtu ħafna importanza lix-​xogħol karitattiv, bħal per eżempju li jipprovdu faċilitajiet għall-​edukazzjoni sekulari jew bżonnijiet medikali. Madankollu, filwaqt li ma jinsewx ‘jagħmlu l-​ġid lill-​oħrajn u jaqsmu dak li għandhom’ maʼ ħaddieħor, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jagħtu prijorità lill-​għajnuna spiritwali li jagħtu lin-​nies.—Lhud 13:16.

2 L-​Eżempju taʼ l-​Ewwel Seklu: Matul il-​ministeru tiegħu fuq l-​art, Ġesù għamel ħafna xogħlijiet tajbin, iżda x-​xogħol primarju tiegħu kien li jixhed għall-​verità. (Lq. 4:43; Ġw. 18:37; Atti 10:38) Hu kkmanda lid-​dixxipli tiegħu biex ‘imorru, mela, u jagħmlu dixxipli mill-​ġnus kollha, u jgħallmuhom.’ (Mt. 28:​19, 20) Hu indika wkoll li dawk li kienu se jeżerċitaw fidi fih kellhom jagħmlu dan ix-​xogħol li beda hu fuq skala akbar. (Ġw. 14:12) Ġesù ta prijorità lix-​xogħol tax-​xandir minħabba li dan jgħin lin-​nies jitgħallmu l-​mod kif jaslu għas-​salvazzjoni.—Ġw. 17:3.

3 L-​appostlu Pawlu qies l-​attività tiegħu taʼ l-​ippridkar bħala ‘obbligu,’ ħtieġa li ma setax jinjoraha. (1 Kor. 9:​16, 17) Kien dispost li jagħmel kwalunkwe tip taʼ sagrifiċċju, jissaporti provi, jew isofri kull tip taʼ tbatija li kien hemm bżonn sabiex iwettaq il-​ministeru tiegħu. (Atti 20:​22-24) L-​appostlu Pietru u sħabu wrew l-​istess tip taʼ spirtu. Anki meta ġew arrestati u msawtin, “kienu jgħallmu u jxandru bla waqfien li Ġesù hu l-​Messija.”—Atti 5:​40-42.

4 Xi ngħidu għalina? Nagħtu prijorità lix-​xogħol taʼ l-​ipproklamar taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna u taʼ li nagħmlu dixxipli? Aħna, bħal Ġesù, nuru tħassib veru lejn dawk li huma “mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj”? (Mt. 9:36) Il-​ġrajjiet kurrenti fid-​dinja u l-​profeziji tal-​Bibbja juru b’mod ċar li din is-​sistema ħażina dalwaqt se tintemm! Jekk inżommu ċar f’moħħna l-​importanza tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar, se niġu motivati biex inkomplu nxandru b’mod żeluż.

5 Qis iċ-​Ċirkustanzi Tiegħek: Ladarba taʼ spiss iċ-​ċirkustanzi persunali jinbidlu, tkun ħaġa tajba li minn żmien għal ieħor naraw jekk nistgħux nagħmlu xi aġġustamenti sabiex nieħdu sehem iktar bis-​sħiħ fix-​xogħol tax-​xandir. Waħda oħt kienet taqdi bħala pijuniera regulari fis-​snin 50, 60, u 70, iżda mbagħad, minħabba li saħħitha ma kinitx tajba, rat li kien hemm bżonn li tieqaf. Madankollu, maż-​żmien, saħħitha marret għall-​aħjar. Reċentement, qieset iċ-​ċirkustanzi tagħha mill-​ġdid u waslet għall-​konklużjoni li setgħet terġaʼ taqdi bħala pijuniera. Kemm kienet ferħana li setgħet tattendi l-​Iskola tas-​Servizz taʼ Pijunier fl-​età taʼ 90 sena! Xi ngħidu dwarek? Wasalt biex tirtira jew tispiċċa mill-​iskola? Meta ċ-​ċirkustanzi tiegħek jinbidlu, taħseb li tkun tistaʼ tagħmel ix-​xogħol taʼ pijunier?

6 Meta Ġesù osserva li Marta “kienet moħħha fuq il-​ħafna xogħol tad-​dar,” hu bil-​ħlewwa ssuġġerielha li jekk iżżomm l-​affarijiet sempliċi tkun tistaʼ taħsad barkiet akbar. (Lq. 10:​40-42) Tistaʼ tissimplifika ħajtek? Hemm tassew bżonn li kemm ir-​raġel kif ukoll il-​mara jkollhom xogħol sekulari? Jekk isiru xi aġġustamenti, tistaʼ l-​familja tgħix b’paga waħda? Ħafna nies ibbenefikaw spiritwalment billi għamlu aġġustamenti sabiex ikunu jistgħu joħorġu iktar fil-​ministeru.

7 Jalla lkoll kemm aħna nsegwu l-​eżempju li taw Ġesù u l-​appostli! Nistgħu nkunu ċerti mill-​barka taʼ Jehovah fuq l-​isforzi ġenwini tagħna sabiex ikollna sehem sħiħ fix-​xogħol vitali taʼ li nippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna.—Lq. 9:​57-62.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja