LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/03 p. 8
  • Il-Kelma t’Alla Hija Verità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Kelma t’Alla Hija Verità
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • “Il-Kelma t’Alla Hi . . . Qawwija”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • “Il-kelma t’Alla hi . . . qawwija”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Tużaha Int il-Kelma t’Alla bl-Aħjar Mod?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • ‘Komplu Mexjin fil-Verità’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 5/03 p. 8

Il-​Kelma t’Alla Hija Verità

1. Il-​Bibbja liema informazzjoni importanti fiha?

1 “Is-​sustanza taʼ kelmtek hija verità,” kiteb is-​salmista. (Salm 119:160, NW). Permezz tal-​Kelma ispirata tiegħu, Jehovah jagħtina tweġibiet sodisfaċenti għall-​iktar mistoqsijiet importanti fil-​ħajja. Hu joffri faraġ u tama għal dawk li jkunu għaddejjin minn xi għawġ. Jurina wkoll kif nistgħu nersqu qrib lejh. “Meta titgħallem il-​verità mill-​Bibbja tkun qisek qed toħroġ minn post mudlam ħafna u ikrah u tidħol f’kamra mimlija dawl ċar, qawwi, u sabiħ,” tgħid waħda mara mimlija apprezzament. Qiegħed int tħabrek biex taqsam il-​verità mill-​Kelma t’Alla f’kull opportunità?

2. Il-​Bibbja kif ittejjeb ħajjet in-​nies?

2 Għandha Qawwa li Tbiddel u Tappella għal Kulħadd: Il-​verità tal-​Bibbja għandha s-​saħħa li tmiss il-​qlub u li tbiddel ħajjet in-​nies. (Lhud 4:12) Mara żagħżugħa jisimha Rosa involviet ruħha fil-​prostituzzjoni, kif ukoll fl-​abbuż tad-​droga u l-​alkoħol. “Ġurnata waħda, meta kont fi stat taʼ disprament kbir,” tgħid hi, “koppja Xhieda miżżewġa kellmuni dwar kif il-​Bibbja tistaʼ tgħinna nsolvu l-​problemi tagħna. Jien bdejt nistudja l-​Kelma t’Alla, u sibtha interessanti għall-​aħħar. Fi żmien xahar kont kapaċi nerġaʼ nibda paġna ġdida u nadifa f’ħajti. Issa li kelli skop f’ħajti, ma kellix bżonn iktar inserraħ fuq l-​alkoħol jew id-​drogi. U peress li minn qalbi xtaqt inkun ħabiba maʼ Jehovah, kont determinata li ngħix mal-​livelli tiegħu. Li kieku ma kienx għall-​għerf prattiku tal-​Kelma t’Alla, jien ċerta li kieku s’issa kont inkun neħħejt ħajti b’idejja.”​—Salm 119:92.

3. Għala m’għandniex inżommu lura milli naqsmu l-​messaġġ tal-​Bibbja maʼ oħrajn?

3 Kuntrarju għal ħafna kotba taʼ llum, il-​Bibbja tappella għal nies “minn kull ġens u tribù, minn kull poplu u lsien.” (Apk. 7:9) Ir-​rieda t’Alla hija li “l-​bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-​verità.” (1 Tim. 2:4) Għalhekk, m’għandna qatt naħsbu li persuna m’hijiex se taċċetta l-​aħbar tajba sempliċement minħabba l-​ambjent li tkun ġejja minnu. Minflok, meta jkun possibbli aqsam il-​messaġġ tas-​Saltna maʼ kulħadd, u agħmel dan direttament minn fuq il-​Bibbja.

4. Kif nistgħu nużaw il-​Bibbja meta nagħtu xiehda?

4 Enfasizza l-​Iskritturi: Hemm ħafna opportunitajiet biex tuża l-​Bibbja fil-​ministeru. Meta toffri r-​rivisti, ipprova inkludi l-​iskrittura li jkun hemm fil-​preżentazzjoni suġġerita. Meta jużaw l-​offerta taʼ letteratura għax-​xahar, xi wħud isibuha effettiva jekk fl-​introduzzjoni tagħhom jaqraw xi skrittura li jkunu għażlu bir-​reqqa minn qabel. Kulmeta tagħmel iż-​żjajjar lura, uri xi skrittura jew tnejn biex tgħin lill-​inkwilin jikseb l-​għarfien eżatt bil-​mod il-​mod. Meta tikkonduċi studju tal-​Bibbja, iffoka d-​diskussjoni fuq l-​iskritturi prinċipali. Meta ma tkunx qiegħed fil-​ministeru, żomm Bibbja fuqek biex tużaha meta tiġi xi opportunità biex tagħti xiehda informali.​—2 Tim. 2:​15.

5. Għala għandna nħabirku biex nużaw il-​Bibbja fil-​ministeru tagħna?

5 Jalla ngħinu lil oħrajn jibbenefikaw mill-​qawwa li tqanqal li għandha l-​Kelma t’Alla mimlija verità billi nużaw il-​Bibbja f’kull opportunità xierqa fil-​ministeru tagħna.​—1 Tess. 2:​13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja