LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/03 p. 1
  • Xogħol li Jġib Serħan

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xogħol li Jġib Serħan
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • “Ħudu l-Madmad Tiegħi Fuqkom”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • “Ejjew għandi, . . . u jien inserraħkom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • “Il-Madmad Tiegħi Ħelu u t-Toqol Tiegħi Ħafif”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Ġesù offra serħan
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 8/03 p. 1

Xogħol li Jġib Serħan

1 Il-​messaġġ tal-​Bibbja jserraħ lil dawk kollha li jaċċettawh u japplikawh f’ħajjithom. (Salm 19:​8, 9 [19:​7, 8 New World Translation]) Dan jgħinhom jeħilsu mit-​tagħlim falz u mill-​prattiċi li huma taʼ ħsara u jagħtihom tama għall-​futur li jistgħu joqogħdu fuqha. Madankollu, dawk li jirċievu l-​aħbar tajba m’humiex l-​uniċi li jibbenefikaw minnha. Dawk li joffru serħan lil oħrajn billi jaqsmu magħhom il-​veritajiet Bibliċi jħossu s-​serħan huma wkoll.—Prov. 11:25.

2 Imsaħħin bil-​Ministeru: Ġesù qal li min jaċċetta l-​madmad biex ikun dixxiplu Kristjan, li jinkludi x-​xogħol taʼ li jippriedka u jagħmel dixxipli, kien se ‘jsib il-​mistrieħ għal ruħu.’ (Mt. 11:29) Hu nnifsu ħassu msaħħaħ meta ta xiehda lil oħrajn. Kien bħal ikel għalih. (Ġw. 4:​34) Meta bagħat lis-​70 dixxiplu biex jippridkaw, huma ferħu hekk kif raw lil Jehovah jappoġġa l-​isforzi tagħhom.—Lq. 10:17.

3 Bl-​istess mod, ħafna Kristjani llum jissaħħu meta jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Waħda oħt qalet: “II-ministeru jipprovdi serħan għaliex jagħtini fuqiex niffoka u skop f’ħajti. Il-​problemi persunali u ttensjoni taʼ kuljum ma jibqgħux daqshekk importanti meta nieħu sehem fis-​servizz.” Oħt żeluża oħra qalet: “Il-​ministeru . . . jfakkarni kuljum li Jehovah huwa reali, u jagħtini s-​sliem u ammont taʼ ferħ ġewwieni li ma jistaʼ jinkiseb bl-​ebda mod ieħor.” Kemm aħna onorati li nistgħu nkunu “ħaddiema maʼ Alla”!​—1 Kor. 3:9.

4 Il-​Madmad taʼ Ġesù Huwa Ħelu: Waqt li l-​Kristjani jiġu mħeġġin biex ‘jitħabtu,’ Ġesù ma jeħtieġx minna iktar minn kemm nifilħu nagħtu. (Lq. 13:24) Tabilħaqq, hu jistidinna bl-​imħabba kollha biex ‘nieħdu fuqna l-​madmad tiegħu,’ jew skond in-​nota taʼ taħt fin-​New World Translation ‘nidħlu taħt il-​madmad miegħu.’ (Mt. 11:29) Dawk li jridu jissieltu maʼ ċirkustanzi diffiċli jistgħu jkunu fiduċjużi li s-​servizz li jagħtu b’ruħhom kollha, anki jekk hu limitat, jogħġob ħafna lil Alla.​—Mk. 14:​6-8; Kol. 3:​23.

5 Kemm huwa taʼ serħan li aħna naqdu Alla li japprezza dak kollu li nagħmlu għall-​glorja taʼ ismu! (Lhud 6:​10) Jalla dejjem inħabirku biex nagħtuh l-​aħjar li nistgħu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja