LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/04 p. 1
  • Xogħol Appoġġat minn Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xogħol Appoġġat minn Alla
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • Jehovah Jagħti Qawwa Iktar Min-normal
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Għożż il-Privileġġ Tiegħek taʼ Ppritkar
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Il-Valur Imprezzabbli tal-Edukazzjoni Divina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Kompli Tkellem il-Kelma t’Alla Bi Qlubija
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 2/04 p. 1

Xogħol Appoġġat minn Alla

1 Fost il-​qaddejja t’Alla llum, ftit għandhom edukazzjoni, ġid, jew prominenza li jispikkaw f’din is-​sistema dinjija. Minħabba dan, xi nies jirrifjutaw il-​ministeru tagħna billi jqisuh li m’għandu l-​ebda importanza. (Is. 53:3) Madankollu, ix-​xogħol edukattiv mill-​Bibbja li nagħmlu aħna ġab faraġ u tama lil miljuni taʼ nies madwar il-​globu. Nies ordinarji kif irnexxielhom jiksbu riżultati li jispikkaw bħal dawn? Irnexxielhom biss bl-​appoġġ t’Alla. (Mt. 28:​19, 20; Atti 1:8) Alla “għażel id-​dgħajfa tad-​dinja,” spjega l-​appostlu Pawlu, “biex iħawwad il-​qawwija.”​—1 Kor. 1:​26-​29.

2 L-​appostli u Kristjani oħrajn taʼ l-​ewwel seklu fil-​maġġorparti “kienu sempliċi u bla tagħlim.” (Atti 4:13) Madankollu, bil-​qlubija huma segwew l-​ordni li kellhom biex jippridkaw l-​aħbar tajba, u Jehovah bierek l-​isforzi tagħhom. Minkejja t-​tfixkil u l-​oppożizzjoni, “il-​kelma tal-​Mulej baqgħet tikber u tissaħħaħ bil-​qawwa kollha.” Xejn ma setaʼ jwaqqaf ix-​xogħol għax dan kien appoġġat minn Alla. (Atti 5:​38, 39; 19:20) L-​istess ġara fi żmienna. Lanqas l-​oppożizzjoni determinata li kkaġunaw ħakkiema setgħana ma rnexxielha żżomm l-​aħbar tajba milli tikber u tinfirex.​—Is. 54:17.

3 Il-​Kredtu Kollu għal Alla: Għandna aħna raġuni biex niftaħru bina nfusna minħabba l-​pożizzjoni favorita li għandna bħala ministri t’Alla? Xejn affattu. Billi rrefera għall-​ministeru Kristjan, Pawlu kiteb: “Dan it-​teżor qiegħed għandna f’ġarar tal-​fuħħar, ħalli b’hekk jidher sewwa li l-​kobor taʼ din il-​qawwa ġej minn Alla, u mhux minna.” (2 Kor. 4:7) Pawlu rrikonoxxa li hu kien kapaċi jkompli bil-​ministeru tiegħu grazzi biss għas-​saħħa li tah Alla.​—Efes. 6:​19, 20; Flp. 4:​13.

4 Aħna bl-​istess mod nirrikonoxxu li huwa biss minħabba ‘l-​għajnuna mingħand Alla’ li x-​xogħol taʼ l-​ippridkar qiegħed jitwettaq. (Atti 26:22) Bi proklamazzjoni bħal din madwar id-​dinja, Jehovah qiegħed jużana b’mod setgħan biex iqanqal theżżiża fost il-​ġnus​—sinjal bil-​quddiem tat-​tifrik li ġej dalwaqt fil-​ġudizzju. (Ħag. 2:7) Kemm aħna privileġġati li nkunu “ħaddiema maʼ Alla” fil-​ħsad spiritwali kbir!​—1 Kor. 3:​6-9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja