Għożż il-Privileġġ Tiegħek taʼ Ppritkar
1. Ħafna nies fid-dinja kif iħarsu lejn ix-xogħol tagħna taʼ ppritkar?
1 Ħafna nies fid-dinja taʼ Satana jqisu x-xogħol tagħna taʼ ppritkar bħala “bluha.” (1 Kor. 1:18-21) Jekk ma noqogħdux attenti, din il-ħarsa mgħawġa tistaʼ tikkaġuna l-iskuraġġiment u tnaqqsilna ż-żelu. (Prov. 24:10; Is. 5:20) Liema raġunijiet hemm biex ngħożżu l-privileġġ tagħna taʼ li nkunu Xhieda taʼ Ġeħova?—Is. 43:10.
2. Għala nistgħu ngħidu li l-ministeru hu “xogħol qaddis”?
2 “Xogħol Qaddis”: L-appostlu Pawlu rrefera għall-ministeru bħala “xogħol qaddis.” (Rum. 15:15, 16) Il-ministeru f’liema sens hu “xogħol qaddis”? Li nieħdu sehem fih jagħmilna “ħaddiema sħab” mal-“Qaddis,” Ġeħova, u jikkontribwixxi għat-taqdis t’ismu. (1 Kor. 3:9; 1 Pt. 1:15) Ġeħova jħares lejn l-ippritkar tagħna bħala “sagrifiċċju taʼ tifħir,” allura l-ministeru hu aspett vitali tal-qima tagħna.—Ebr. 13:15.
3. X’jagħmel l-ippritkar tal-aħbar tajba unur grandjuż?
3 L-ippritkar tal-aħbar tajba hu unur grandjuż li ftit nies igawdu. L-anġli kieku bil-ferħ jieħdu ħsieb inkarigu bħal dan u mingħajr dubju kieku jagħmluh b’mod effettiv ħafna. (1 Pt. 1:12) Madanakollu, Ġeħova għażel lilna l-bnedmin imperfetti, “reċipjenti tal-fuħħar,” għal dan il-privileġġ tal-għaġeb!—2 Kor. 4:7.
4. Kif nistgħu nuru li ngħożżu l-ministeru?
4 Prijorità: Peress li tassew ngħożżu l-privileġġ tagħna, aħna nħarsu lejn il-ministeru bħala wieħed mill-affarijiet “iktar importanti” f’ħajjitna. (Flp. 1:10) Għalhekk, aħna nwarrbu ħin kull ġimgħa biex nieħdu sehem fih. Mużiċist li jgħożż il-privileġġ tiegħu li jdoqq f’orkestra magħrufa mad-dinja kollha, jipprepara għal kull kunċert u jaħdem biex jiżviluppa s-sengħa tiegħu. B’mod simili, aħna nippreparaw qabel ma mmorru fil-ministeru ħalli nkunu nistgħu ‘nimmaniġġaw sew il-kelma tal-verità,’ u se naħdmu biex intejbu “l-arti tat-tagħlim” tagħna.—2 Tim. 2:15; 4:2.
5. Il-ministeru tagħna hu apprezzat minn min?
5 Tħallix il-ħarsa tal-biċċa l-kbira min-nies tiskuraġġik. Ftakar li għad hemm ħafna nies fit-territorju tagħna li jieħdu pjaċir biż-żjajjar li nagħmlu. Però, aħna ma nfittxux l-approvazzjoni tal-bnedmin. Ħafna iktar importanti hu kif iħossu Ġeħova, u hu japprezza ferm l-isforzi ħabrieka tagħna.—Is. 52:7.