LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/04 p. 4
  • Imita l-Attitudni Mentali taʼ Ġesù

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imita l-Attitudni Mentali taʼ Ġesù
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • Uri l-Istess Attitudni Mentali li Kellu Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Imita lil Ġesù Billi Tkun Lest li Tgħin lil Oħrajn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Mira Siewja għas-Sena taʼ Servizz il-Ġdida
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • L-Imħabba taʼ Kristu Tqanqalna Nħobbu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 4/04 p. 4

Imita l-​Attitudni Mentali taʼ Ġesù

1. Ġesù liema attitudni mentali wera?

1 Għalkemm qatt ma rajna lill-​Iben t’Alla, permezz taʼ dak li tniżżel bil-​miktub dwar il-​ħajja u l-​ministeru taʼ Ġesù, aħna sirna verament inħobbuh. (1 Pt. 1:8) Sabiex jobdi r-​rieda taʼ Missieru, hu ħalla l-​pożizzjoni għolja li kellu fis-​sema u ġie fuq l-​art. Bħala bniedem, hu qeda lil oħrajn bla ebda egoiżmu u ta ħajtu għan-​nom taʼ l-​umanità. (Mt. 20:28) Il-​Kelma t’Alla tħeġġiġna: “Żommu din l-​attitudni mentali fikom li kienet ukoll fi Kristu Ġesù.” Kif nistgħu nimitaw l-​ispirtu taʼ sagrifiċċju persunali li wera?​—Flp. 2:​5-8, New World Translation.

2. Ħafna Kristjani liema sfida jiffaċċjaw, u x’jistaʼ jgħinhom jegħlbuha?

2 Meta Ħassu Għajjien: Għalkemm Ġesù kien perfett, xorta kien jgħejja. Darba minnhom, meta kien ‘għajjien mill-​mixi,’ hu ta xiehda bir-​reqqa lil waħda mara Samaritana. (Ġw. 4:6) Ħafna Kristjani llum jiffaċċjaw sfida simili. Wara ġimgħa xogħol li jgħejjik, tistaʼ ssibha diffiċli biex tikseb is-​saħħa ħalli tieħu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Madankollu, jekk nagħmlu dan regolarment, se nsibu li l-​ministeru Kristjan jirrifreskana spiritwalment.—Ġw. 4:​32-​34.

3. Kif nistgħu nimitaw lil Ġesù għall-​fatt li dejjem kien lest biex jgħallem?

3 F’okkażjoni oħra, Ġesù u d-​dixxipli tiegħu marru f’post imwarrab biex ikunu jistgħu jistrieħu ftit. Imma kotra kbira taʼ nies saru jafu b’dan u marru jiġru qabilhom biex jiltaqgħu magħhom. Minflok ma ddejjaq, Ġesù “tħassarhom” u “qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.” (Mk. 6:​30-34) Sabiex inkunu nistgħu nibdew studji tal-​Bibbja u nikkonduċuhom, hemm bżonn li jkollna attitudni simili. Irridu nagħmlu sforz persistenti u jkollna mħabba ġenwina għan-​nies. Jekk bħalissa m’intix tikkonduċi xi studju tal-​Bibbja, taqtax qalbek milli tipprova ssib wieħed.

4. Ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju kif jistaʼ jgħinna nimitaw l-​attitudni mentali taʼ Kristu?

4 Poġġi l-​Interessi Spiritwali l-​Ewwel: Ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju jistaʼ jgħinna niffokaw iżjed fuq attivitajiet spiritwali. Waħda oħt żagħżugħa kitbet: “Omm waħda mill-​ħbieb tiegħi inkuraġġietna t-​tnejn biex inkunu pijunieri awżiljarji magħha għal xahar. Jien vera ferħana li ngħaqadna magħha. Ħadt pjaċir insir naf lill-​aħwa aħjar, u ma damux ma saru qishom tal-​familja. Ħadt gost ukoll li kelli ħafna iktar opportunitajiet biex nitkellem maʼ oħrajn dwar Jehovah u ngħallimhom veritajiet meraviljużi dwar is-​Saltna. Dan kollu għenni nħossni iktar qrib Jehovah u l-​organizzazzjoni tiegħu.”​—Salm 34:9 (34:​8, NW).

5. Għala għandna dejjem nagħmlu sforz biex nimitaw l-​attitudni mentali taʼ Kristu?

5 Ilkoll kemm aħna niffaċċjaw ġlieda bejn il-​ġisem imperfett tagħna u x-​xewqa li nogħġbu lil Jehovah. (Rum. 7:​21-​23) Irridu niġġieldu l-​ispirtu bla ħeġġa li naraw fid-​dinja. (Mt. 16:​22, 23) Permezz taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu, Jehovah jistaʼ jgħinna nirnexxu f’dan. (Gal. 5:​16, 17) Hekk kif nistennew il-​ħelsien tagħna fid-​dinja l-​ġdida ġusta t’Alla, jalla nimitaw l-​attitudni mentali taʼ Ġesù billi npoġġu l-​interessi tas-​Saltna u dawk taʼ l-​oħrajn qabel tagħna.​—Mt. 6:​33; Rum. 15:​1-3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja