X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Ġun.
“Ma taqbilx li hija sfida kbira li tħarreġ lit-tfal fid-dinja moderna taʼ llum? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota din iċ-ċertezza li l-ġenituri jistgħu jirnexxu. [Aqra Proverbji 22:6.] Din il-ħarġa tat-Torri taʼ l-Għassa toffri pariri prattiċi li jgħinu lill-ġenituri jilqgħu din l-isfida.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Lul.
“Meta tiġri xi traġedja, ħafna nies jiddubitaw jekk Alla jimpurtahx tassew mill-bnedmin u jekk jagħtix kas tas-sofferenzi tagħhom. Qatt ħsibt dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tiddiskuti kemm Alla juri interess fina llum u kif ipprovda bażi biex ineħħi s-sofferenzi kollha.” Aqra Ġwanni 3:16.
Stenbaħ! 8 taʼ Lul.
“Għal ħafna nies, is-snin taʼ l-adoloxxenza huma żmien taʼ ferħ kif ukoll taʼ sfida; ma taqbilx maʼ dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tiddiskuti l-bidliet li jgħaddu minnhom l-adoloxxenti. Teżamina wkoll xi pariri għaqlin li jistgħu jgħinuhom jgħaddu s-snin taʼ l-adoloxxenza tagħhom bl-aħjar mod.” Aqra Koħèlet 12:1.