X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Ġun.
“Taħseb li hu possibbli li tkun hieni minkejja l-problemi li niffaċċjaw? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista se tiġbed l-attenzjoni għal sors taʼ gwida li jistaʼ jgħinna biex nittrattaw maʼ l-isfidi tal-ħajja b’suċċess. Ukoll se tiddiskuti dwar il-qawwa li ssaħħaħ tat-tama ġenwina.” Aqra Rivelazzjoni 21:3, 4.
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Lul.
“Fid-dinja taʼ llum mimlija inkwiet, ħafna nies jistaqsu: ‘Il-ħajja għala hi mimlija problemi? Jekk Alla jeżisti, għala ma jagħmilx xi ħaġa biex ineħħi s-sofferenza?’ Qatt ħsibt dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tipprovdi tweġibiet istruttivi mill-Bibbja għal dawn il-mistoqsijiet.” Aqra t-2 Timotju 3:16.