Il-Konvenzjoni Distrettwali Tħeġġiġna biex Nimxu m’Alla
Kemm instemgħet ċara fil-Konvenzjoni Distrettwali “Imxi m’Alla” d-direzzjoni taʼ Ġeħova: “Din hi t-triq; għaddi minnha”! (Is. 30:21) Jekk napplikaw l-istruzzjoni li rċivejna se niġu megħjunin biex ‘noqogħdu attenti bis-sħiħ kif nimxu.’ (Efes. 5:15) Billi nimmeditaw dwar dak li tgħallimna nkunu nistgħu niksbu għajnuna hekk kif ‘inkomplu mexjin fil-verità.’—3 Ġw. 3.
Uża l-mistoqsijiet li ġejjin flimkien man-noti li ħadt fil-konvenzjoni biex tipprepara u tipparteċipa fir-reviżjoni tal-programm tal-konvenzjoni taʼ din is-sena. Ir-reviżjoni se ssir fil-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa li tibda fit-18 t’Ottubru.
1. Ħenok kif setaʼ jimxi m’Alla minkejja li kien qed jgħix fi żminijiet instabbli? (Lhud 11:1, 5, 6; Ġuda 14, 15; “Imxi m’Alla Matul Żminijiet Instabbli”)
2. F’liema oqsma tal-ħajja jistaʼ jiġi applikat il-prinċipju li nsibu f’Luqa 16:10? (“Turi Int ‘Fedeltà fl-Inqas Ħaġa’?”)
3. (a) Semmi erbaʼ lezzjonijiet prattiċi li nsibu f’Hosegħa kapitli 6 sa 9 li jgħinuna nimxu m’Alla. (Hos. 6:6, 7; 7:14; 8:7) (b) Liema punti oħrajn minn Hosegħa kapitli 10 sa 14 jgħinuna nimxu m’Alla? (Serje taʼ taħditiet: “Il-Profezija taʼ Hosegħa Tgħinna Nimxu m’Alla”)
4. Liema affarijiet prattiċi jistgħu jagħmlu l-Kristjani miżżewġin biex iżommu ż-żwieġ tagħhom b’saħħtu? (Prov. 12:4; Efes. 5:29; “Tifridx ‘Dak li Għaqqad Alla’”)
5. Kif nuru rispett għal-Laqgħat Sagri Tagħna? (Koħ. 5:1; Is. 66:23; “Nuru Rispett għal-Laqgħat Sagri Tagħna”)
6. (a) Liema tliet aspetti importanti tax-xogħol tagħna taʼ ppridkar għandna nanalizzaw biex inkunu żguri li qed ikollna sehem sinifikanti fih? (Is. 52:7; Żak. 8:23; Mk. 6:34) (b) Liema karatteristiċi tal-pubblikazzjoni Good News for People of All Nations issib li huma partikolarment utli? (“Good News for People of All Nations”; “Ngħinu lil Dawk li Jitkellmu bi Lsien Barrani”)
7. Kif nistgħu ngħinu lil uħud ġodda biex jiksbu l-fiduċja meta jippreżentaw il-messaġġ tas-Saltna? (Mħ. 7:17; “Ngħinu lill-Kotriet Jingħaqdu Magħna fil-Ministeru”)
8. Kif nuru li aħna konvinti li “l-jum il-kbir tal-Mulej hu qrib”? (Sof. 1:14; “Nimxu bil-Fidi, Mhux bil-Viżjoni”)
9. (a) Kemm hi serja l-kwistjoni tat-tfixkil? (Mk. 9:42-48) (b) Kif nistgħu nevitaw li ma niġux imfixklin? (Salm 119:165) (ċ) Kif nistgħu nevitaw li nfixklu lil oħrajn? (1 Kor. 10:24; “Tagħmel Xejn ‘li Jistaʼ Jkun taʼ Tfixkil’”)
10. Kif nistgħu nżommu l-bilanċ rigward it-tfittxija taʼ sieħeb jew sieħba għaż-żwieġ, il-ġiri wara s-saħħa, u l-immaniġġar tan-negozju? (Salm 26:4; Mt. 6:25; 1 Tim. 6:9; “Ibqgħu f’Sensikom Għalkollox”)
11. (a) X’inhu notevoli dwar l-okkażjonijiet meta Ġesù gawda l-ospitalità taʼ nies oħra? (Lq. 10:42; 24:32) (b) Kif nistgħu nissodisfaw il-bżonn tagħna għar-rikreazzjoni b’tali mod li wara, kemm aħna u kemm oħrajn, inħossuna mistriħin? (1 Kor. 10:31-33; “Attivitajiet Edifikanti li Jerġgħu Jagħtuna s-Saħħa”)
12. Skond Salm 23, bħala n-nagħaġ taʼ Ġeħova liema barkiet nirċievu, u liema huma r-responsabbiltajiet tagħna? (1 Kor. 10:21; “Ġeħova Hu r-Ragħaj Tagħna”)
13. Il-Kristjani kif jistgħu jagħtu kas tal-parir ispirat biex ‘jużaw il-ħin bl-aħjar mod’? (Efes. 5:16; “Uża l-Ħin bl-Aħjar Mod”)
14. (a) X’tinkludi ‘s-siegħa tal-ġudizzju’ msemmija f’Rivelazzjoni 14:7? (b) Kif nagħtu evidenza li aħna verament infridna minn Babilonja l-Kbira? (“‘Ibqgħu Għassa’—Ġiet is-Siegħa tal-Ħaqq”) (ċ) Liema punti mill-browxer Ibqaʼ Għassa! laqtuk?
15. Semmi tliet kwalitajiet li għandna bżonn biex ma ‘nabbandunawx it-triq id-dritta.’ (2 Pt. 2:15; “Oqgħod Attent li ‘Ma Titbigħedx mit-Triq id-Drittaʼ”)
16. Iż-żgħażagħ kif jistgħu jaħarbu mill-“mogħdija tal-ħżiena”? (Prov. 4:14; “Żgħażagħ—Imxu fil-Mogħdija tas-Sewwa”)
17. (a) Pawlu b’liema modi kien eżempju eċċellenti tas-sabar? (Atti 14:19, 20; 16:25-33) (b) Għala m’għandniex għalfejn nibżgħu minn dawk li jopponu l-qima vera? (Id-drama u t-taħdita “Agħti Xiehda bir-Reqqa Llum Minkejja l-Oppożizzjoni”)
18. Liema barkiet jirċievu dawk li jimxu m’Alla? (“Il-Mixi m’Alla Jġib Barkiet Issa u għal Dejjem”)
Jalla nkunu determinati li nagħtu kas tal-‘kliem minn warajna’ sabiex nimxu maʼ Missierna tas-sema għal dejjem.—Is. 30:21; Ġw. 3:36.