Vidjo b’Messaġġ li Jibqaʼ Dejjem taʼ Siwi
X’inhu l-messaġġ fil-vidjo David—He Trusted in God? (David—Hu Fada f’Alla) Li aħna, bħal David, irridu nafdaw f’Ġeħova. (Salm 91:2) Il-fatt li jaraw b’għajnejhom il-ġrajjiet prinċipali tal-ħajja taʼ David se jgħin lit-tfal u l-adulti biex jitgħallmu mill-eżempju li ħalla. (Salm 31:15 [Salm 31:14, NW]) Għall-benefiċċju tagħna, dan id-DVD jinkludi test (Video Quiz) u diversi attivitajiet (Learning Activities) li jgħinuk titgħallem.
Ara l-vidjo, imbagħad agħmel test għalik innifsek: (1) Ġeħova għala għażel sultan aħjar? (1 Sam. 15:10, 11; 16:1) (2) Għala m’għażel lil ħadd minn ħut David? (1 Sam. 16:6, 7) (3) Sawl għala ried lil David idoqqlu l-arpa? (1 Sam. 16:14-23) (4) Min kien Gulija? (1 Sam. 17:4-10) (5) David għala ried jiġġieled lil Gulija? (1 Sam. 17:23, 24, 36, 37) (6) Min kien Ġonatan? (1 Sam. 14:1) (7) Sawl meta sar l-agħar għadu li kellu David? (1 Sam. 18:25-29) (8) David għala ma qatlux lil Sawl? (1 Sam. 26:7-11) (9) Sawl kif miet? (1 Sam. 31:1-6) (10) David kif irreaġixxa għall-mewt taʼ Ġonatan? (2 Sam. 1:11, 12) (11) Ġeħova liema wegħda għamillu lil David? (2 Sam. 7:12, 13, 16) (12) David liema żball serju għamel? (2 Sam. 11:1-5, 14-17) (13) David kif wera li kien iddispjaċieh ħafna għal dak li kien għamel? (Salm 51) (14) David liema lezzjonijiet għallem liż-żagħżugħ Salamun? (1 Slat. 2:1-4; 1 Kron. 22:6-13; 28:9, 10) (15) Il-ħakma taʼ Ġesù kif se tkun taʼ benefiċċju għal David, Ġonatan, u għalik?—Is. 11:6-9; Ġw. 11:25, 26.
Issa aħseb ftit: Int personalment kif tistaʼ timita l-fiduċja f’Alla li wera David?
Ġenituri, uru lil uliedkom kemm hu taʼ siwi li dejjem jafdaw f’Alla, bħalma għamel David.—Salm 56:12 (Salm 56:11, NW).